STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
pr142110
22/09/2014
Huwa ta’ dispjaċir li l-Kap tal-Oppożizzjoni jidher li ma fehemx l-ispirtu nazzjonali li daħħal dan il-Gvern.
Fis-sena li Malta qed tiċċelebra l-35 sena ta’ Ħelsien, 40 sena ta’ Repubblika u 50 mill-Indipendenza, il-Kap tal-Oppożizzjoni għażel li jifred kisba fuq l-oħrajn. Wara biss 24 siegħa minn meta ż-żewġ mexxejja għamlu diskorsi quddiem Malta kollha dwar l-għaqda, il-Kap tal-Oppożizzjoni mar quddiem il-partitarji tiegħu u reġa’ beda d-diskorsi li jiżirgħu l-firda.
Diskussjonijiet dwar festa nazzjonali waħda, li vera jridu jwasslu għal għaqda nazzjonali, għandhom isiru fil-qafas ta’ Konvenzjoni Kostituzzjonali kif imwiegħed mill-Prim Ministru u mhux quddiem il-partitarji waqt attività partiġġjana.
Other Press Releases:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044