Left arrow Go Back

ORGANIZZAT SEMINAR TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IL-POLITIKA NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

pr142107
Date Icon 21/09/2014

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius attenda għal seminar ta’ konsultazzjoni relatat mal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Waqt id-diskors tiegħu s-Segretarju Parlamentari enfasizza fuq “l-azzjoni” li tagħti “riżultati tanġibbli” sabiex iż-żgħażagħ, il-familji u l-komunitajiet  u s-soċjetà inġenerali  jibbenefikaw minn din il-politika. Is-Segretarju Parlamentari saħaq li jkun inutli nippublikaw dokumenti jekk dawn ma jkunux attwati.

Dan is-seminar kien organizzat mill-kumitat li nħatar apposta sabiex issir il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni tal-EUPA u Aġenzija Żgħażagħ. Il-kumitat qed jieħu ħsieb li wara li tnieda l-abbozz f’Lulju li għadda, issir il-konsultazzjoni neċessarja qabel jiġi ppublikat id-dokument finali.

It-temi li spikkaw l-aktar fid-diskussjoni kienu l-edukazzjoni, l-inklużjoni soċjali, il-ġustizzja, is-saħħa, il-volontarjat, gruppi vulnerabbli taż-żgħażagħ, l-arti u l-kultura.

Għal dan is-seminar kienu mistiedna l-għaqdiet kollha taż-żgħażagħ f’Malta, żgħażagħ mill-Kunsilli lokali taż-Żgħażagħ, l-Ambaxxaturi taż-Żgħażagħ, u persuni li jaħdmu mill-viċin maż-żgħażagħ fosthom youth workers.

Minbarra ż-żgħażagħ infushom, il-konsultazzjoni qed issir ukoll mal-Ministeri kollha, il-Knisja, entitajiet diversi, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, organizzazzjonijiet mhux governattivi taż-żgħażagħ, nies involuti fil-qasam taż-żgħażagħ u l-pubbliku ġenerali.  Fil-fatt il-pubbliku jista’ jibgħat il-kummenti tiegħu jew permezz tal-email nationalyouthpolicy.mede@gov.mt jew inkella billi jidħol fuq il-paġna ta’ Facebook National Youth Policy Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow