Left arrow Go Back

IĊ-ĊERIMONJA TA’ GĦOTI TA’ MIDALJA BIEX TFAKKAR IL-ĦAMSIN ANNIVERSARJU MILL-INDIPENDENZA TA’ MALTA

pr142105mt
Date Icon 21/09/2014

Aktar kmieni din is-sena, il-Gvern approva l-ħruġ ta’ Midalja biex jikkommemora l-Ħamsin Anniversarju mill-Indipendenza ta’ Malta nhar il-21 ta’ Settembru 1964.  Ir-Regoli dwar l-għoti ta’ din il-Midalja ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern nhar it-22 ta’ Awwissu 2014.

Il-ħruġ tal-Midalja sar bis-saħħa tal-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika li jipprovdi li “Il-President, li jaġixxi skont il-parir tal-Prim Ministru, jista’ jordna l-ħruġ ta’ midalji biex ifakkru ġrajja, jew anniversarju ta’ xi ġrajja  ta’ importanza nazzjonali.”

Il-kisba tal-Indipendenza ta’ Malta hija ġrajja importanti fl-istorja tal-iżvilupp kostituzzjonali u demokratiku ta’ pajjiżna, li biha Malta kisbet post fil-komunità internazzjonali tan-nazzjonijiet bħala stat sovran.  L-indipendenza ta’ pajjiżna tista’ titqies ukoll bħala att politiku li witta t-triq għal kisbiet importanti oħra, fost dawn, l-emendi kostituzzjonali tal-1974 u t-twaqqif tar-Repubblika ta’ Malta, l-għeluq tal-bażijiet militari barranin, fl-1979, u s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2004.

Ir-Regoli dwar il-Midalja għall-Ħamsin Anniversarju mill-Indipendenza ta’ Malta jistabbilixxu li l-għotja tkun b’effett mill-21 ta’ Settembru 2014, u li l-midalja tingħata “lil persuni li, matul dawn il-ħamsin sena, taw is-sehem tagħhom fl-iżvilupp u t-tkabbir tal-ġid ta’ Malta bħala nazzjon u membru tal-komunità internazzjonali tan-nazzjonijiet.”    Din il-Midlaja tista’ tingħata wara l-mewt.

Din is-sena, erbatax-il persuna rċevew il-Midalja waqt ċerimonja li saret illum, 21 ta’ Settembru 2014, fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta.  Dawn huma:

                                  L-Onor Joseph Muscat, Prim Ministru ta’ Malta
                                  Sir Anthony Mamo (wara mewtu)
                                  L-Avukat Anton Buttigieg (wara mewtu)
                                  Is-Sinjorina Agatha Barbara (wara mewtha)
                                  Is-Sur Paul Xuereb (wara mewtu)
                                  It-Tabib Ċensu Tabone (wara mewtu)
                                  L-Avukat Ugo Mifsud Bonnici, President Emeritus ta’ Malta
                                  Il-Professur Guido de Marco (wara mewtu)
                                  L-Avukat Edward Fenech Adami, President Emeritus ta’ Malta
                                  L-Avukat George Abela, President Emeritus ta’ Malta
                                  In-Nutar Giorgio Borg Olivier (wara mewtu)
                                  Il-Perit Dom Mintoff (wara mewtu)
                                  L-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici (in absentia)
                                  Dottor Alfred Sant
                                  L-Avukat Lawrence Gonzi 

pr142105a.pdfpr142105a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow