Left arrow Go Back

IL-KAROZZA TAN-NAR LURA F’GĦAWDEX

pr142099
Date Icon 20/09/2014

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo laqa’ bi pjaċir l-ewwel karozza li qatt ġiet irreġistrata f’Malta. Fil-fatt għandha n-numru tar-reġistrazzjoni Numru 1. Din il-karozza  kienet ukoll l-ewwel karozza li qatt instaqet fit-toroq Għawdxin.  Hija tal-marka Siddeley.

Il-karozza ġiet irreġistrata fil-1904.  Mhux magħruf x’sar mill-karozza bejn il-1904 u l-1907.   Dwar dawn is-snin għadha qiegħda ssir ir-riċerka.  Ir-riżultat għandu jkun ferm interessanti għad-dilettanti tal-karozzi antiki.

Li hu magħruf hu li din il-karozza sabet ruħha f’Għawdex fil-1907. L-Għawdxin tant beżgħu minnha li bdew isejħulha “l-karozza tan-nar”.  Eventwalment il-karozza ma baqgħetx tinstaq u sabet ruħha abbandunata ġewwa mitħna għal madwar 60 sena sakemm instabet minn David Arrigo u Brian Mizzi fil-1968.

Din is-sejba kienet meqjusa bħala waħda formidabbli.  Għalkemm kienet fi stat ħażin ħafna, il-vettura nstabet sħiħa u dan għen fir-restawr tagħha. Il-Ministru Refalo rringrazzja lil David Arrigo li wara 110 sena l-Għawdxin ingħataw l-opportunità li jaraw din il-karozza fl-istat oriġinali tagħha.  Il-Ministru semma kif il-karozza Siddeley 1904 għandu jkollha post speċjali fil-qalb tal-Għawdxin minħabba li Siddeley 1904 hija parti mill-istorja ta’ Għawdex.

Il-pubbliku preżenti fi Pjazza San Franġisk kien entusjat u  kien hemm xi uħud li bdew jirrakuntaw stejjer mit-tfulija tagħhom dwar din il-karozza.  Preżenti kien hemm ukoll David Arrigo li hu sid il-karozza kif ukoll Franco Azzopardi CEO ta’ Express Trailers.  Moira Delia mexxiet din l-attività.  Fr Joe Xerri O.F.M. Conv bierek il-karozza.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

More Press Releases Right arrow