JINFETAĦ UFFIĊĊJU TAL-KNPD FIL-GŻIRA GĦAWDXIJA
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, illum inawgurat uffiċjalment l-uffiċċju tal-Kummisjoni Nazzjonali għal Persuni b’Diżabilità f’Għawdex biex issa s-servizzi tal-KNPD jistgħu jingħataw f’Għawdex stess.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qalet li dan huwa uffiċċju bżonnjuż ħafna u li permezz tiegħu ser ikun iżjed faċli għal persuni Għawdxin biex jiksbu l-informazzjoni dwar dawn is-servizzi mogħtija mingħand il-Kummisjoni kif ukoll biex jiksbu l-istess servizzi.
Is-Segretarju Parlamentari temmet tgħid li huwa kruċjali li kull servizz mogħti bi dritt f’dan is-settur irid jaqdi kemm il-Maltin kif ukoll lill-Għawdxin.
Justyne Caruana rringrazzjat liċ-ċermen tal-Kummisjoni Nazzjonali għal Persuni b’Diżabilità, is-Sur Oliver Scicluna, lill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol kif rappreżentat mill-kap tal-Iskola Primarja Tas-Sanant, is-sinjorina Pauline Grech,u lis-Sur Frank Buhagiar li ser ikun qiegħed jieħu ħsieb dan l-uffiċċju.
Other Press Releases:
PR262044
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...
PR262043