Left arrow Go Back

​IL-MINISTRU JOE MIZZI JŻUR IX-XOGĦLIJIET TAL-PROĠETT NAZZJONALI GĦAT-TAFFIJA TAL-GĦARGĦAR

pr142088
Date Icon 19/09/2014

Mina ta’ 11-il kilometru taħt l-art tiżbokka f’Ta’ Xbiex

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi llum żar parti importanti ħafna mill-proġett nazzjonali għat-taffija tal-għargħar, fejn mina li bdiet tinbena minn taħt l-art f’Wied Inċita f’Ħ’Attard u mina oħra li bdiet mill-Mosta, ingħaqdu f’waħda f’Birkirkara, baqgħet għaddejja minn taħt it-toroq f’tul ta’ 11-il kilometru u ftit tas-siegħat ilu, żbokkat f’Ta’ Xbiex.

Okkażjoni bħal din hija waħda ta’ ferħ u sodisfazzjon kbir għall-ħaddiema, li f’dawn ix-xhur kienu qed jaħdmu f’kundizzjonijiet diffiċli taħt l-art jew fl-eqqel tas-sħana u għalhekk, illum kienet ġurnata ta’ ċelebrazzjoni żgħira kemm għalihom, kif ukoll għal dawk kollha li kienu involuti f’din il-parti tal-proġett, fosthom periti u kuntratturi, fejn għalkemm ix-xogħol għadu mhux lest, wasal fi stadju avvanzat ħafna.

Il-Ministru Joe Mizzi, filwaqt li feraħ lill-ħaddiema għall-impenn tagħhom, qal li għal min mhuwiex tekniku, forsi ma jifhimx kemm huwa intensiv ix-xogħol li għaddej bħalissa fuq il-proġett, iżda għall-ħaddiema u min qed imexxi l-proġett, din hija okkażjoni ta’ ferħ għax tfisser li l-proġett qed jieħu aktar is-sura tiegħu.

Il-Proġett Nazzjonali għat-Taffija tal-Għargħar jinvolvi l-kostruzzjoni ta’ 16-il kilometru ta’ mini, ħafna minnhom taħt l-art, biex jilqgħu fihom l-ilma tax-xita mill-postijiet li jsofru l-aktar għargħar, bħal Ħ’Attard, Ħal Balzan, Ħal Lija, l-Iklin, Birkirkara, l-Imsida, il-Gżira, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, Ħaż-Żabbar u Marsaskala. Il-proġett huwa maqsum f’ħames komponenti b’sistemi differenti taħt l-art, ġibjuni u gandotti flimkien ma’ bini mill-ġdid ta’ pontijiet, li jevitaw li l-ilma jispiċċa f’żoni vulnerabbli għall-għargħar filwaqt li jieħu ħsieb li jilqa’ kemm jista’ jkun ilma għall-konservazzjoni.

Il-Ministru Joe Mizzi qal li dan il-proġett għandu jżid il-potenzjal għall-ġbir tal-ilma, li bħalissa qiegħed joħloq periklu u inkonvenjent lin-nies kif ukoll joħloq danni lill-proprjetajiet u negozji.

85% ta’ dan il-proġett, li jiswa 52 miljun Ewro, huwa ffinanzjat mill-UE. Il-proġett kien inbeda fl-2012, iżda kien ittardja b’diversi xhur minħabba sejbiet ta’ fdalijiet arkeoloġiċi, problemi b’għadd ta’ servizzi taħt l-art u sistemi ta’ drenaġġ.

Il-Ministru Joe Mizzi fakkar li l-impenn ta’ dan il-Gvern huwa li l-proġett jitlesta skont id-dati stabbiliti u mingħajr ma jinqabeż l-ammont ta’ fondi allokati għalih.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

More Press Releases Right arrow