Left arrow Go Back

IL-MINISTRU CARDONA JŻUR IL-KUMPANIJA MEDAVIA

pr142085
Date Icon 19/09/2014

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr Chris Cardona żar il-kumpanija Medavia li tinsab fil-Park tal-Avjazzjoni f’Ħal Safi. Matul din iż-żjara l-Ministru Cardona ddiskuta mal-amministrazzjoni tal-Medavia s-sitwazzjoni fil-Libja u l-effett li din ħalliet fuq l-operat tal-kumpanija.

Il-Ministru Cardona sostna li l-Gvern se jkompli jkun dispost joffri l-appoġġ tiegħu lill-kumpanija Medavia, li llum stabbilit ruħha bħala kumpanija sinonima mal-avjazzjoni f’pajjiżna u li dejjem kienet strumentali għall-evakwazzjonijiet ta’ mijiet ta’ nies mill-Libja.  

II-Kap Eżekuttiv, is-Sur Rammah Ettir spjega kif għal dawn l-aħħar 30 sena, il-kumpanija ffukat il-parti l-kbira tal-operat tagħha fil-Libja. Qal li għalkemm il-kumpanija estendiet għal perjodu stipulat ta’ żmien l-operat tagħha fl-Ewropa fostom fl-Italja, il-Greċja u n-Norveġja, l-akbar negozju kien isir il-Libja, partikolarment ma’ kumpaniji internazzjonali taż-żejt.

Il-kumpanija Medavia ilha għal dawn l-aħħar snin toffri s-servizzi tagħha b’suċċess lin-Nazzjonijiet Uniti fis-Sudan u l-Mawritanja. Matul il-laqgħa kien diskuss ukoll li għalkemm il-kumpanija għaddejja minn sfidi kbar, l-amministrazzjoni għaddejja bi proċess rigoruż biex ikun estiż l-operat f’pajjiżi oħra fl-Ewropa u l-Afrika. Dan qed isir b’inizjattivi li jnaqqsu l-ispejjeż żejda kif ukoll b’inizjattivi strateġiċi oħra biex ikompli jitjieb l-operat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

More Press Releases Right arrow