Left arrow Go Back

IL-KUNSILLI LOKALI GĦANDHOM ISERVU L-FUNZJONI TA’ AMBAXXATURI KULTURALI

pr142078
Date Icon 18/09/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo attenda għall-Press Conference li fiha tħabbru d-dettalji tal-attività Żejt iż-Żejtun, festa folkloristika li se titella’ il-ġimgħa d-dieħla.

Dr Buontempo sostna li huwa jemmen li l-Kunsilli Lokali għandhom rwol importanti ħafna bħala ambaxxaturi kulturali bl-attivitajiet li jorganiżżaw. Attivitajiet li fi kliemu jservu wkoll sabiex ngħaqdu aktar lill-kommunitajiet tagħna filwaqt li jgħinuna sabiex inkomplu ngħaddu t-tradizzjonijiet ta’ missirijietna lil uliedna. 

Sostna li l-festa folkloristika  Żejt iz-Żejtun illum saret waħda mill-aktar attivitajiet kulturali li l-poplu Malti jkun qed jistenna bi ħġaru, attività li minn sena għall-oħra ġibdet lejn dan ir-raħal eluf ta’ Maltin u Ghawdxin.

Is-Segretarju Parlamentari sostna li se jkompli jaħdem sabiex is-Segretarjat għall-Gvern Lokali jkompli jgħin lill-Kunsilli Lokali sabiex ikomplu jinvestu f’dawn l-attivitajiet. Huwa qal li se jagħmel dan ukoll billi jkompli jingħata aktar taħrig sabiex il-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu japprofittaw mill-akbar ammont possibli ta’ fondi Ewropej. Fondi li fi kliemu jistgħu jintużaw sabiex inkomplu intellgħu attivitajiet bħal dawn.

Huwa rringrazzja lill-Kunsill Lokali taż-Żejtun u lill-kommunità Żejtunija kollha għall-impenn tagħha sabiex titella’ din il-festa filwaqt li awguralkom kull success. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

More Press Releases Right arrow