Left arrow Go Back

IL-MINISTRU ANTON REFALO U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA JATTENDU GĦAL-KONFERENZA TAL-GĦOTI TAĊ-ĊERTIFIKATI TAL-FITA

pr142077
Date Icon 18/09/2014

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo attenda l-konferenza tal-għoti taċ-ċertifikati  ta’ korsijiet tal-kompjuter lill-persuni bi bżonnijiet speċjali,  organizzati mill-Fundazzjoni għall-Aċċessibilità għall-Informazzjoni Teknoloġika.  Illum persuna bi bżonnijiet speċjali jista’ faċilment ikollha l-istess aċċess għat-teknoloġija bħal ħaddieħor. Dan il-kors (għas-sena skolastika 2013-2014)  sar ukoll bil-kollaborazzjoni tal-Federazzjoni  Għawdxija Persuni b’Diżabilità (FGĦPD).  Ġie ffinanzjat mill-Ministeru tal-Edukazzjoni bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex.

Din il-Federazzjoni hija organizazzjoni mhux governattiva li tiġbor fiha l-għaqdiet u l-entitajiet Għawdxin li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità f’Għawdex.  Il-Federazzjoni twaqqfet f’Diċembru 2003 bi skop li jaħdmu id f’id għall-ġid tal-persuni b’diżabilità Għawdxin partikolarment fuq issues komuni li jolqtu d-diżabilità f’Għawdex. F’Marzu ta’ 2008 twaqqaf l-uffiċċju tal-koordinatur tad-diżabilità għal Għawdex.  Dan  sar wara li ntlaħaq ftehim bejn il-FGĦPD  u l-Ministeru għal Għawdex bi skop li flimkien ifittxu li jtejbu dejjem  iktar il-kwalità ta’ ħajja tal-persuni b’diżabilità Għawdxin.

L-uffiċċju tal-koordinatur tad-diżabilità għal Għawdex jservi bħala one stop shop għall-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom fejn fost oħrajn joffri servizzi ta’  pariri, informazzjoni u diversi servizzi relatati mad-diżabilità, korsijiet speċjalizzati għall-persuni b’diżabilità, laqgħat u konferenzi b’suġġetti relatati mad-diżabilità. 

Il-Ministru Refalo ipprezenta ċ-ċertifikati lill-ħames studenti li lestew il-kors  waqt li  awgurawlhom suċċess. Il-Ministru wiegħed li l-Ministeru għal Għawdex ser jibqa’ jagħti s-sapport u l-għajnuna kollha meħtieġa lill-Federazzjoni.  Dan filwaqt li jitkomplew jissaħħu s-servizzi li qed jingħataw lill-persuni b’disabilita’ u lill-familjari tagħhom miċ-ċentru Santa Marta.

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana awgurat lil dawk kollha li temmew il-kors b’suċċess. Hija qalet li okkażjonijiet bħall dawn huma importanti għax qiegħdin nassiguraw kwalità tal-ħajja u standard t’għejxien aċċettabbli.

Hija qalet li it-teknoloġija tal-informatika hija għodda li biddlet id-dinja, mil-mod kif wieħed jikkomunika sal mod kif wieħed jiddeverti. Qalet li is-Segretarjat Parlamentari għaddej kontinwalment b’ħidma biex jippromovi u jisħoq fuq l-abbiltajiet tal-Persuni b’Diżabilità u kien għalhekk li il-Gvern waqqaf Segretarjat Parlamentari dedikat għal dan is-settur tad-Diżabilità.

Semmiet li fi ftit ġimgħat oħra is-Segretarjat Parlamentari ser ikun qiegħed jippublika il-Politika Nazzjonali dwar id-Drittijiet għal-Persuni b’Diżabilità. F’dan id-dokument, il-Gvern ser ikun qiegħed jagħti spinta enormi lil-abbiltà u l-empowerment. Hija qalet li bħalissa għaddejin b’eżerċizzju leġiżlattiv estensiv li mistenni ikun lest fix-xahar ta’ Ottubru biex inkomplu insaħħu l-attiviżmu fost il-persuni b’diżabilità.

F’din il-Konferenza is-Segretarju Parlamentari ħabbret ukoll sensiela ta’ inizzjattivi b’kollaborazzjoni mal-MITA u mal-MCA biex jingħata taħriġ lil-Persuni b’Diżabilità. Semmiet il-Weekend ta’ Informazzjoni li ser jiġi organizzat f’Għawdex stess, seminar minnhom fuq id-dimensja u seminar ieħor informattiv fuq is-servizzi għal-persuni b’diżabilità. Hija semmiet li dalwaqt ser ikun qiegħed jinfetaħ KNPD Helpdesk f’Għawdex kif ukoll fil-futur qarib ser jibdew jiġu mogħtija Servizzi tal-Aġenzija Sapport f’Għawdex biex l-Għawdxin ikollhom is-servizzi kollha f’Għawdex stess u dan filwaqt li fakkret li ser ikollna l-ewwel residenza għall-persuni b’ diżabiltà f’Għawdex. Dr Caruana irringrazzjat lill-FITA u lill-Federazzjoni Għawdxija għall-Persuni b’Diżabilità u ħabbret li flimkien mal-Federazzjoni ser ikunu qed iwettqu progett importanti ħafna.

Preżenti għal din il-konferenza kien hemm ukoll M’Rose Attard Gozo Disability Coordinator u Elizabeth Olivieri Chairperson FITA.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

More Press Releases Right arrow