Left arrow Go Back

DOKUMENT GĦAL KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR IR-RIFORMA FIL-ĦINIJIET TAL-ĦWIENET

pr142075
Date Icon 18/09/2014

Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr Chris Cardona ppreżenta dokument għal konsultazzjoni pubblika dwar ir-Riforma fil-Ħinijiet tal-Ħwienet.

Il-Ministru Cardona qal li din ir-riforma hija motivata mil-fatt li l-ħinijiet tal-ħwienet lokali kif attwalment provduti fir-Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ qed iwasslu għal ċerti problemi kemm għas-sidien tal-ħwienet, kif ukoll għall-konsumatur.

“Ir-regolamenti kif inhuma, qed joħolqu sitwazzjoni inġusta għaliex fost affarijiet oħra jesiġu obbligi dwar il-ħinijiet tal-ftuħ li huma differenti skont it-tip u l-lokalità tal-ħanut” saħaq il-Ministru.

Dr Chris Cardona qal li l-Gvern jemmen li s-sidien tal-ħwienet għandhom ikollhom ċertu livell ta’ diskrezzjoni fejn tidħol l-attività kummerċjali tagħhom ħalli jkunu f’pożizzjoni li jaddattaw ruħhom għall-bidliet taż-żminijiet u d-domanda tal-konsumatur b’aktar aġilità u għalhekk jibqgħu kompettitivi.

Il-Ministru Cardona spjega li diġà saret konsultazzjoni wiesgħa ma’ stakeholders interni li jinkludu, primarjament, dipartimenti tal-gvern u entitajiet pubbliċi. Din il-konsultazzjoni issa se tkun mifruxa mal-Korpi Kostitwiti, l-pubbliku inġenerali, u dawk kollha interessati.

Fost ir-rakkomandazzjonijiet li qed isiru hemm dik li sidien ta’ ħwienet li, skont il-liġi li hija fis-seħħ bħalissa, ma jistgħux jiftħu fil-Ħdud ikunu jistgħu jiddeċiedu huma jekk għandhomx iżommu l-ħanut tagħhom magħluq f’din il-ġurnata jew f’ġurnata oħra.

“Aħna nħossu li ħadd aħjar mis-sidien tal-ħwienet ma jista’ jiddeċiedi f’liema ġranet huwa l-iktar għaqli għalihom li jżommu n-negozju tagħhom miftuħ, għaliex dan jiddependi mid-domanda u l-frekwenza tal-konsumaturi li jżuru dak il-ħanut fi ġranet partikolari” saħaq il-Ministru Cardona.

Suġġeriment ieħor  jagħti l-opportunità lis-sidien tal-ħwienet jestendu l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom sa l-10 ta’ bil-lejl, nhar ta’ Ħamis, Ġimgħa u Sibt mingħajr ma jkollom għalfejn jitolbu xi permess speċjali lill-awtoritajiet.

Il-Ministru qal li r-riforma hija intenzjonata li toħloq sitwazzjoni li tgħin lis-sidien tal-ħwienet jibqgħu aktar kompetittivi filwaqt li jkun aċċertat li l-konsumatur ikun jista’ jinqeda aħjar. Fl-istess waqt għamilha ċara  li f’kull eventwalità d-drittijiet tal-ħaddiema viġġenti jridu jkunu osservati.

Ir-riforma fil-ħinijiet tal-ħwienet hija waħda minn sensiela ta’ miżuri li qed jaħdem fuqhom il-Gvern biex isaħħaħ in-negozji f’pajjizna.

“Ċertament, ċertifikati bħal dawk tal-eurostat li identifikat lil Malta bħala l-ekonomija bl-ogħla rata ta’ tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropeja kollha, il-konferma tal-credit rating mill-Aġenzija ta’ Kreditu Internazzjonali Fitch u r-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Kompettitività Industrijali ikomplu jimlewna b’aktar kuraġġ biex inkomplu naħdmu biex nsaħħu aktar l-attività ekonomika f’pajjiżna” temm jgħid il-Ministru Cardona.

Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet ukoll indirizzata mis-Sur Blain Camilleri, Senior Manager fil-Ministeru tal-Ekonomija, li spjega l-proposti ċentrali li qed isiru f’dan id-dokument ta’ konsultazzjoni.

Il-Konsultazzjoni se tibqa’ miftuħa sal-24 ta’ Ottubru, 2014 u d-dokument jinsab fuq is-sit www.economy.gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

More Press Releases Right arrow