TKOMPLI L-ĠLIEDA KONTRA D-DROGA FIL-FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN
Dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu waqt tfittxija fuq il-viżitaturi, mara nstabet li kellha pakkett mimli bid-droga f’ħalqha.
L-ewwel indikazzjonijiet juru li d-droga li nstabet tista’ tkun droga eroina. Il-Pulizija tal-Għassa ta’ Raħal Ġdid kienu avżati minnufih. Dwar dan il-każ infetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ġie identifikat ir-resident tal-Faċilità li din l-imsemmija mara ppruvat tgħaddilu d-droga u ttieħdet azzjoni minnufih billi ntbagħat f’diviżjoni oħra.
Fuq struzzjonijiet tal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia bħalissa qegħdin jiġu mħarrġa sniffer dogs biex tkompli l-ġlieda effettiva kontra d-droga fil-Faċiltà Korrettiva ta’ Kordin.
Other Press Releases:
PR262044
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...
PR262043