IL-MINISTRU GHAT-TURIŻMU DR. EDWARD ZAMMIT LEWIS JAGĦTI SORPRIŻA U JILTAQA’ MA’ TURIST INGLIŻ FIS-SITTIN ŻJARA TIEGĦU F’MALTA
Il-Ministru għat-Turiżmu Dr. Edward Zammit Lewis jagħti sorpriża lis-Sur John Hughes, turist Ingliż li jinsab fis-sittin żjara tiegħu f’Malta. Preżenti kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu s-Sur Paul Bugeja.
Il-Ministru Zammit Lewis saħaq kemm hu kruċjali li jkollna turiżmu ripetut għal pajjiżna. Dan jixhed li rridu nkomplu bil-ħidma biex intejbu l-kwalità tal-podott u s-servizzi turistiċi f’pajjiżna. Dan biex it-turisti jergħu jagħżlu lil Malta għall-btala tagħhom. Sadanitant, il-Ministru għat-Turiżmu rrefera li meta teskludi il-passiġġiera fuq il-cruiseliners, it-total jammonta għal 922,144 turist, fejn dawn żaru Malta matul l-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena. Fis-sena 2014 aktar minn 32% turisti żaru Malta mhux għall-ewwel darba u hawnhekk jindika li turisti li żaru l-gżejjer Maltin għal aktar minn darba żdiedu bi kważi 9% meta mqabbel mal-perjodu ta’ Jannar u Lulju tas-sena 2013. F’dan l-istess perjodu, 42% turisti li kienu fuq żjara f’Malta mhux għall-ewwel darba ġew mir-Renju Unit, filwaqt li l-maġġoranza kienu ta’ età bejn 45 u l-64 sena.
Il-Ministru għat-Turizmu Dr. Edward Zammit Lewis ippreżenta għotja kommerattiva lis-Sur John Hughes fl-okkażjoni tas-sittin żjara f’Malta.
Other Press Releases:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042