Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE LOUISE COLEIRO PRECA TILTAQA’ MAL-PAZJENTI MALTIN RIKOVERATI FL-INGILTERRA

pr142037
Date Icon 15/09/2014
Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca flimkien mas-Sur Edgar Preca llum żaret lill-pazjenti Maltin rikoverati fi sptarijiet fl-Ingilterra. Il-President Marie Louise Coleiro Preca, akkumpanjata wkoll mill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Dr. Konrad Mizzi, kellha laqgħa importanti fl-isptar Royal Marsden mal-Konsulent Dr. Mark Ethell, li jieħu ħsieb pazjenti Maltin li jkollhom bżonn trapjant tal-mudullun.
Waqt din il-laqgħa l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca enfasizzat l-ħtieġa ta’ għajnuna psiko-soċjali għall-pazjenti Maltin u familjari tagħhom rikoverati l-Ingilterra, u li l-Malta Community Chest Fund se tidħol għal din l-assistenza.  Il-Konsulent Dr. Mark Ethell qabel ma’ dan is-suġġeriment u offra li jista’ jassisti fil-proġetti li qed tfassal il-Presidenza biex ssaħħaħ is-servizzi ta’ appoġġ lill-pazjenti Maltin.  Waqt il-laqgħa, il-President tkellmet dwar il-bżonn li f’Malta ssir riċerka profonda dwar ir-rata tal-każijiet ta’ kanċer.  Fi tmiem iż-żjara f’Royal Marsden il-President ppreżentat għotja ta’ flus mill-Malta Community Chest Fund bħala turija ta’ apprezzament għall-appoġġ li jingħataw il-pazjenti Maltin.
Matul il-jum, il-President żaret iż-żewġ blokki ta’ appartamenti ta’ Puttinu  Cares f’Sutton Surrey fl-Ingilterra fejn iltaqgħet ma’ sittax–il pazjent Malti li qed jieħdu kura fi sptarijiet fl-Ingilterra.  Il-President ltaqgħet individwalment mal-pazjenti u l-familjari tagħhom fejn semgħet l-uġiegħ li għaddejjin minnu l-pazjenti u l-familjari tagħhom bil-għan li jinstabu modi kif jingħataw iktar appoġġ f’dan il-perjodu tant diffiċli.
Waqt dawn iż-żjarat, il-President ta’ Malta kienet akkumpanjata wkoll mill-fundaturi ta’ Puttinu Cares Dr. Victor Calvagna u Angele Cuschieri, uffiċjali tal-Malta Community Chest Fund, u l-Kummissarju Għoli Malti għall-Ingilterra s-Sur Norman Hamilton.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

More Press Releases Right arrow