STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL
pr142021
12/09/2014
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jiċħad kategorikament li talab lill-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja jipprovdu dettalji personali li tidentifika lit-tfal li jattendu fihom.
Il-Ministeru talab in-numru ta’ tfal li hemm fl-iskejjel tal-Knisja li jbatu minn allerġiji serji u kundizzjonijiet ta’ mard serju ieħor li jistgħu jwasslu għall-mewt.
It-talba min-naħa tad-Direttorati tal-Ministeru għall-Edukazzjoni saret sabiex il-Ministeru ikun f’pożizzjoni li jipprovdi servizz ta’ first aiders lill-iskejjel tal-Knisja f’Malta u Għawdex, servizz li ilu jintalab mill-ġenituri u mill-għalliema.
L-emails imxandra (
pr142021a.pdf huma prova ċara li l-Ministeru għall-Edukazzjoni qatt ma talab dettalji personali tal-istudenti.
Other Press Releases:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042