Left arrow Go Back

IKOMPLU L-PREPARAMENTI GĦALL-PRESIDENZA TAL-KUNSILL EWROPEW

pr142016
Date Icon 11/09/2014

Bejn l-10 u l-11 ta’ Settembru 2014, ġewwa l-Olanda, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Presidenza Dr Ian Borg ħa sehem fit-tieni laqgħa formali tat-trio – Olanda, Slovakkja u Malta li se jmexxu l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-aħħar ta’ Ġunju 2017.

F’din il-laqgħa ġew diskussi l-aħħar żviluppi politiċi fuq livell Ewropew u kif dawn se jaffettwaw aspetti differenti fil-preparazzjonijiet għall-Presidenza. Waqt id-diskussjonijiet ġiet enfasizzata l-importanza tar-rabta bejn il-Kunsill u l-Parlament fir-relazzjoni tagħhom bħala ż-żewġ ko-leġislaturi tal-Unjoni. F’dan ir-rigward il-ġimgħa d-dieħla Dr Borg se jkun qed imexxi delegazzjoni għall-ewwel laqgħat uffiċjali fuq il-Presidenza mal-Parlament Ewropew.

Tkomplew ukoll il-konsultazzjonijiet kif it-tlett pajjiżi se jkunu qed jikkoperaw ma' xulxin fuq livelli politiċi u amministrattivi waqt it-tmintax-il xahar tal-Presidenza.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

More Press Releases Right arrow