Left arrow Go Back

​IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JOSÉ HERRERA JĦABBAR MIŻURI KONKRETI BIEX JIĠI INDIRIZZAT L-ISKILLS GAP FIS-SETTUR MARITTIMU

pr141957
Date Icon 04/09/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku, Dr José Herrera, indirizza konferenza imtellgħa minn Wilfred Sultana & Associates bit-tema Maritime Careers Day 2014.  Għal din il-konferenza kien hemm preżenti uħud mill-esponenti ewlenin tal-industrija. Is-Segretarju Parlamentari José Herrera qal li 15 fil-mija tal-ekonomija Maltija tiddependi mill-marittimu.  Din hija ħafna aktar mill-medja Ewropea ta’ madwar tlieta għal ħamsa fil-mija. Din iċ-ċifra, għalkemm impressjonanti, tista’ tiżdied jekk ikun hemm koordinament aħjar bejn l-oqsma differenti li jaqgħu taħt l-industrija tal-marittimu. 

“Kien għalhekk li fil-ġimgħat li għaddew il-ministeru mmexxi minni vara d-dokument ta’ konsultazzjoni pubbliku dwar l-integrazzjoni marittima,” tenna Dr Herrera. Id-dokument ipoġġi bħala l-bażi tiegħu erba’ pilastri ewlenin: l-ikel, l-enerġija, il-loġistika u s-servizzi. 

Is-Segretarju Parlamentari qal li bħalissa hemm mal-20,000 impjieg li jiddependi direttament mill-marittimu. Dr Herrera qal li l-mira tal-Gvern hija li fil-ħames snin li ġejjin, il-kontribuzzjoni tal-marittimu fil-prodott gross domestiku tiżdied bi tlieta fil-mija li tfisser eluf ta’ impjiegi ġodda. Għalhekk l-isfida tal-Gvern hija li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-ħiliet li jeżistu f’dan il-qasam.

Is-Segretarju Parlamentari José Herrera ħabbar li fil-ġimghat li ġejjin, il-Gvern ser iħejji studju dwar il-bżonnijiet li hemm fis-suq biex aktar nies ikunu preparati għad-dinja tax-xogħol f’din l-industrija. Sfida oħra ewlenija, qal Dr Herrera, hija kif l-impjiegi li qed tipprovdi l-industrija bħalissa jkunu ta’ valur aktar għoli.

Meta kien qed jindirizza lil dawk preżenti, is-Segretarju Parlamentari qal li dan is-settur huwa nieqes mill-promozzjoni. “Din l-isfida”, qal Dr Herrera, “ser tkun qed tiġi indirizzata mis-segretarjat permezz tal-politika dwar l-integrazzjoni marittima.”   Dr Herrera semma wkoll ir-reġistrazzjoni tal-vapuri, fejn Malta bħalissa tinsab fuq nett tal-pajjiżi Ewropej.  Malta għandha wkoll is-seba’ l-akbar reġistru fid-dinja.  Is-Segretarju Parlamentari Herrera qal li l-intenzjoni tiegħu huwa li jkabbar il-profitti li qed isiru permezz tar-reġistrazzjoni tal-vapuri billi nwessgħu l-litigazzjoni fil-marittimu. Is-Segretarju Parlamentari qal li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex f’pajjiżna jitwaqqaf il-Qorti Marittima.

pr141957a.pdfpr141957a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

More Press Releases Right arrow