Left arrow Go Back

ATTIVITAJIET TAL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' "JUM IL-VITTORJA" 2014

pr141953
Date Icon 04/09/2014

Is-Sibt, 6 ta' Settembru 2014

Serata Kommemorattiva f'Misraħ l-Assedju, il-Belt Valletta

19.15 hrsWasla tal-mistednin distinti
19.28 hrsWasla tal-Aġent Prim Ministru
19.30 hrsProgramm Mużiko/Letterarju bil-parteċipazzjoni tat-taqsima “In Guardia” tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Il-Kor ta’ Doreen Galea, l-iskola taż-Żfin ta’ Bridgette Gauci Borda u l-Banda tal-Forzi Armati immexxija mill-Kaptan John I. Borg. Matul is-serata se jinqraw u jiġu animati poeżiji marbuta mas-suġġett.  Isir diskors kommemorattiv minn Dr Giuseppe Schembri Bonaci. Lejn l-aħħar tas-serata ssir ċerimonja ta’ tqegħid ta' kuruni mill-Aġent Prim Ministru, Mr Speaker, Kap tal-Oppożizzjoni, Persuni Distinti u Korpi Kostitwiti. Is-serata se tkun ippreźentata mis-Sur Joe Dimech.

                        Innu Nazzjonali


Il-Ħadd, 7 ta' Settembru, 2014

Quddiesa Pontifikali fil-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali Parrokkjali tan-Naxxar

19.10 hrsTluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta flimkien mal-Gwardja tal-Unur minn Triq il-Paroċċa, Naxxar
19.15 hrsWasla tal-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati quddiem il-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali Parrokkjali tan-Naxxar
19.19 hrsWasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati
19.22 hrsWasla tal-Prim Ministru
19.25 hrsWasla tal-E.T. il-President ta' Malta

                        Jingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur

19.30 hrs         Quddiesa Pontifikali

It-Tnejn, 8 ta' Settembru, 2014

"JUM IL-VITTORJA"

Ċerimonja ta’ tifkira mill-Eċċ.Tagħha l-President ta’ Malta

10.00 hrsTqegħid ta' Kuruna mill-E.T. il-President ta' Malta, assistita miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir, il-Belt Valletta.  Tieħu sehem l-Armata tal-Forzi Armati ta’ Malta
10.30 hrsTqegħid ta' kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali mal-Monument tal-Assedju l-Kbir fil-Birgu  segwit mill-monument ta’ Malta Rebbieħa fl-Isla, u wara fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata fejn jiġu mfakkra l-vittmi tat-tieni gwerra mondjali.

Regatta fil-Port il-Kbir

12.30hrs          Regatta nazzjonali fil-Port il-Kbir, organizzata mill-Kunsill Malti għall-Isport. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

More Press Releases Right arrow