Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DR GEORGE VELLA FI ŻJARA FIL-MOLDOVA

pr141927
Date Icon 31/08/2014

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George Vella jinsab fi żjara fil-Moldova fejn kellu laqgħat mad-deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Moldova Natalia German. Il-laqgħat kellhom xejra informali u fihom ġew diskussi aspetti ta’ relazzjonijiet li l-Moldova qed tiżviluppa mal-Unjoni Ewropea, kif ukoll relazzjonijiet bilaterali bejn il-Moldova u Malta.   

Fit-taħdidiet spikkaw it-tħassib li hemm fil-Moldova dwar dak li qed jiġri fil-pajjiżi ġirien bħall-Ukraina, u dwar x’effett dan jista’ jkollu fuq relazzjonijiet futuri bejn Russja, Moldova u l-Unjoni Ewropea.

Aktar tard il-Ministru kellu laqgħa formali fir-residenza tal-President tal-Parlament tal-Moldova Igor Corman li huwa l-iSpeaker tal-Kamra tad-deputati tal-Moldova. Fil-laqgħa kienu diskussi wkoll l-iżviluppi li għaddejjin fit-tqarrib tal-Moldova lejn l-Unjoni Ewropea permezz tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni u l-iżvilupp ta’ żona ta’ kummerċ ħieles bejn Moldova u l-Unjoni Ewropea.

F’din il-laqgħa wkoll ġew diskussi x-xenarji differenti li jistgħu jiżviluppaw fosthom fir-rigward tal-fatt li f’Novembru se jsiru elezzjonijiet ġenerali fil-Moldova li jista’ jkollhom effett fuq liema direzzjoni jixtieq jieħu l-poplu tal-Moldova, jekk hux qrib lejn l-Unjoni Ewropea jew lejn ir-Russja.  Waqt il-laqgħa ġew diskussi wkoll ir-relazzjonijiet bilaterali u miżuri li bihom pajjiżna jista’ jgħin lill-Moldova fl-isfond li għada se jiġi ffirmat Memorandum of Understanding bejn il-Gvern tal-Moldova u l-Gvern Malti dwar kooperazzjoni fil-qasam ta’ ‘digital government’.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

More Press Releases Right arrow