Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX ANTON REFALO JŻUR NIĊEĊ LI ĠEW RESTAWRATI MINN WIRT GĦAWDEX

pr141893
Date Icon 27/08/2014

Għawdex għandu għadd kbir ta’ niċeċ imferxin mat-toroq tal-ibliet u rħula tiegħu, bi statwa ta’ qaddis jew qaddisin ġewwa fihom.   Apparti l-kult reliġjuż, in-niċeċ jitrażmettu l-istorja u l-folkor Għawdxi permezz tal-istil artistiku u popolari tagħhom.

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo żar diversi niċeċ li dan l-aħħar ġew irrestawrati minn Wirt Għawdex. Il-Ministeru għal Għawdex forna lill-Għaqda volontarja  Wirt Għawdex bi grupp ta’ ħaddiema b’ħiliet differenti.  Wirt Għawdex ħejja lista ta’ proġetti ta’ restawr li setgħu isiru minn dawn il-ħaddiema.

L-ikbar sfida ta’ dan il-programm kienet bla dubju r-restawr tal-istatwa tas-Salvatur li tinstab fuq il-quċċata tal-għolja tal-Merżuq f’Marsalforn. Apparti s-Salvatur , din il-lista kienet tinkludi n-niċeċ u l-monumenti li jinstabu mferxin m’Għawdex kollu.  Dan ix-xogħol ta’ restawr huwa ffinanzjat prinċipalment mid-Direttorat ta’ Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, minn Wirt Għawdex u minn għadd ta’ sponsors.

Il-Ministru żar n-niċċa magħrufa  tal-Madonna tar-Rummiena fix-Xewkija.  Dan ix-xogħol kien jinkludi r-restawr tal-istatwa tal-Madonna bil-Bambin, ir-restawr tax-xogħol tal-injam madwar il-faċċata u t-tindif u tiswija tal-faċċata tal-ġebel . Niċċa oħra li ngħatat attenzjoni partikolari hija l-istatwa ta’ San Ġorġ li tinstab fil-ħajt ta’ residenza privata fi Triq Neriku Mizzi fil-Belt Victoria.  Din kellha bżonn intervent estensiv.    L-istatwa hija tal-ġebel (globigerina limestone) u kienet mikula ħafna tant li kellha partijiet tagħha neqsin.  Wara li tnaddfet l-istatwa, setgħu jintlemħu mill-ġdid il-kuluri oriġinali taż-żebgħa fuq il-ġebla u dan kien ikkonfermat minn analiżi xjentifika minn kampjuni li ttieħdu mill-istatwa.  Dawn in-niċeċ ser jiġu  forniti bid-dawl ukoll.

Anton Refalo kellu kliem ta ’tifħir għall-ħaddiema tax-xogħol tajjeb u siewi li qed jagħmlu kif ukoll lil Wirt Għawdex li qed jieħu ħsieb  il-wirt , l-arti u l-folkore Għawdxi.  Il-Ministru wiegħed li ser ikompli jgħin biex il-patrimonju Għawdxi ma jinqeridx.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

More Press Releases Right arrow