L-AMBAXXATUR TAR-REPUBBLIKA TAL-IRLANDA JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-ISPEAKER
L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Irlanda, l-E.T. Jim Hennessy, dalgħodu għamel żjara tal-aħħar lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia.
L-iSpeaker esprima l-kondoljanzi tiegħu għat-telfa tal-ex-Prim Ministru Irlandiż Albert Reynolds u talab lill-Ambaxxatur Irlandiż iwassal il-messaġġ lill-Gvern u lill-poplu Irlandiż.
Iż-żewġ naħat irreferew għar-relazzjonijiet eċċellenti li dejjem eżistew bejn Malta u l-Irlanda u tkellmu dwar diversi suġġetti li huma ta’ interess għaż-żewġ naħat, fosthom l-importanza tat-tkabbir fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi.
L-iSpeaker faħħar il-ħidma siewja li l-Ambaxxatur Irlandiż wettaq matul iż-żmien li kien Malta u li żgur kien strumentali biex kompla jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.
Other Press Releases:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042