Left arrow Go Back

DISKORS MILL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU DR. EDWARD ZAMMIT LEWIS, WAQT IL-PREŻENTAZZJONI TAL-ECO CERTIFICATION GĦALL-AKKOMODAZZJONI TAL-FARMHOUSES

pr141208
Date Icon 30/05/2014

L-Industrija tat-turiżmu hija waħda mil-pilastri ewlenien tal-ekonomija ta’ Malta u Għawdex. Il-kontribuzzjoni tat-turiżmu fil-prodott gross domestiku ta pajjiżna hija ta l’fuq minn 25%, il-mira tagħna hija li jkompli jkun hemm tkabbir f’dan il-qasam tant importanti għalina. Is-sena l-oħra żaru Malta aktar minn miljun u nofs turist, inizzjativi bżal dawn iżidu l-kwalità tal-prodott u s-servizz tagħna u bla dubbju jiġbdu aktar turisti lejn il-gżejjer tagħna.

L-EKO ċertifikazzjoni għall-farmhouses hija estenzjoni tal-EKO ċertifikazzjoni tal-lukandi. F’din iċ-ċerimonja ser jiġu ċċertifikati l-ewwel grupp ta’ 7 farmhouses li laħħqu l-kriterji meħtiega ta’ din l-iskema. Ta’ min jgħid li l-għoti ta’ din iċ-ċertifikazzjoni qed issir proprju f’lukanda li diġa’ hija EKO ċertifikata mill-Malta Tourism Authority.

L-iskema tkompli tassigura l-espanzjoni tal-industrija turistika ta’ pajjiżna, dan iżda b’mod sostennibli billi jkun protett l-ambjent ta’ madwarna. Dan ifisser, illi filwaqt li għandna nkomplu nimmiraw lejn benefiċċji ekonomiċi u soċjali mit-turiżmu, dan ma jseħħx b’detrminet lill-qasam ambjentali.

Huwa fatt magħruf anke minn bosta riċerki u studji li saru lokalment u internazzjonalment li jeżisti settur ta’ turisti, li huma aktar konxji fejn jonfqu il-flus tagħhom u dawn ifittxu li l-vaganza tagħhom tkun waħda sostenibbli u tiffavorixxi l-ambjent billi fost oħrajn ifittxu li l-akkomodazzjoni li jgħażlu tkun waħda EKO ċertifikata. B’hekk issa li l-akkomodazzjoni li toffru intom kisbet din il-marka ta’ EKO ċertifikazzjoni, tagħmilkom f’pożizzjoni aktar vantaġġjuza fuq akkomodazzjoniet oħra li mhumiex EKO ċertifikati, partikoralment ma dan is-settur ta’ turiżmu. Settur li kull sena li qed tgħaddi qiegħed dejjem jikber għaliex ħafna aktar turisti qed isiru konxji mill-ħarsien tal-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli.


Ma nistax nonqos milli ninnota illi l-ewwel grupp ta’ farmhouses li ġew EKO ċertifikati jinsabu kollha fuq il-gżira ta’ Għawdex, il-gżira li hija tant magħrufa li dejjem qed timmira sabiex issir aktar sostenibbli. Perswas li skema bħal din tal-lum, hija ħolqa oħra fil-katina tal-viżjoni tal-Gvern li joħloq minn Għawdex gżira ekoloġika sas-sena 2020, dik magħrufa aktar bħala EKO Għawdex.

Nirringrazzja lil Awtorita' Maltija għat-Turiżmu ta' l-istedina u nawgura lil dawk kollha li ġew premjati llum.

Grazzi tal-attenzjoni.

Għal din il-preżentazzjoni attenda u għamel diskors il-Ministru għall-Għawdex, Anton Refalo, iċ-Ċermen u l-Kap Ezekuttiv tal-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu, Dr. Gavin Gulia u s-Sur Josef Formosa Gauci rispetivament.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow