Left arrow Go Back

JITĦABBAR SEMINAR KONSULTATTIV GĦALL-ISTANDARDS GĦAL RESIDENZI TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ

pr141206
Date Icon 30/05/2014

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva jinforma lill-pubbliku li l-Perjodu ta’ Konsultazzjoni Pubblika dwar l-istandards għal Residenzi ta’ Persuni b’Diżabilità ser jiġi estiż sal-20 ta’ Ġunju. Dan ġie deċiż wara li kien hemm diversi talbiet li waslu għand is-Segretarjat minn diversi entitajiet differenti li għandhom x’jaqsmu mal-qasam tad-diżabilità.

Is-Segretarjat Parlamentari jħabbar ukoll li ser ikun qiegħed jorganizza Seminar Konsultattiv propju għal dawn l-istandards. Is-Seminar Konsultattiv ser isir nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Ġunju 2014 fil-5:00pm. Min hu interessat jista` jikkuntatja lis-Segretarjat Parlamentari fuq l-email uffiċjali activeageing@gov.mt jew 2590 3175.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow