Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GEORGE W. VELLA JIFFIRMA ŻEWG MEMORANDA OF UNDERSTANDING MA’ OMAN.

pr141204mt
Date Icon 29/05/2014

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr.George W.Vella issokta bil-ħidma diplomatika tiegħu fil-Golf Għarbi, din id-darba f’Muscat Oman, fejn kellu diversi laqgħat ma’ rappreżentanti tal-Gvern. 

Dr.Vella ltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ Oman li min-naħa tiegħu iddeskriva l-laqgħa mal-Ministru Vella bħala żvilupp importanti fir-relazzjonijiet bilaterali.  Iż-żewġ naħat iddiskutew oqsma li għandhom potenzjal għal koperazzjoni fosthom l-edukazzjoni, is-servizzi finanzjarji, dak bankarju, is-settur marittimu, l-avjazzjoni u l-qasam tal-enerġija.  Is-Segretarju Ġenerali Badel Al-Busaidi qal li l-kooperazzjoni ma’ Malta għandha prospetti tajbin ħafna u li għalhekk hemm l-intenzjoni li jkun hemm żjarat ta’ familjarizzazzjoni fuq diversi setturi.  Iż-żewġ naħat iddiskutew ukoll l-iżviluppi fil-Golf, fl-Afrika ta’ Fuq u fl-Ukrajna.

Iż-żewġ naħat iffirmaw żewg Memoranda of Understanding, wieħed dwar Koperazzjoni Politika, u ftehim ieħor għal tneħħija ta’ Visa fuq Passaporti Diplomatiċi.

Il-Ministru Vella kellu wkoll taħdidiet mal-Ministru tal-Edukazzjoni ta’ Oman, fejn gew diskussi l-possibiltajiet għal tisħiħ ta’ skambji fis-settur ta’ edukazzjoni terzjarja.  Studenti fil-livell terzjarju ta’ Oman qegħdin jattendu għal korsijiet fl-Universita’ ta’ Malta, fil-fakultajiet tal-Mediċina, Inġinerija u tal-Arti.  Fil-laqgħa ssemmiet l-intenzjoni tal-awtoritajiet ta’ Oman li jżidu l-istudenti tagħhom f’Malta, hekk kif qed jiġi rreġistrat suċċess mill-istudenti preżenti li hawn f’Malta. Il-Ministru Rawiya Al Busaidi wera wkoll interess fil-kredenzjali ta’ Malta fit-taħriġ vokazzjonali. 

Il-Ministru Vella ddiskuta wkoll koperazzjoni fil-qasam tal-Kultura mas-Sotto Segretarju tal-Ministeru tal-Wirt u l-Kultura, Sheikh Hamed bin Hilal Al Mamari.

Ġew diskussi r-relazzjonijeit bilaterali waqt laqgħat separati mal-Ministru għall-Qorti Rjali ta’ Diwan, u mad-deputat Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow