TNEDIJA TAL-ISKEMI TA’ FINANZJAMENT GĦAL-LIBRERIJI LOKALI MIS- SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI, DR STEFAN BUONTEMPO
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Stefan Buontempo nieda l-iskema ta’ finanzjament għal-libreriji lokali. Waqt din iċ-ċerimonja tqassmu l-flus lill-Kunsilli Lokali għall-użu fil-libreriji tagħhom. Kien hemm madwar 50 librerija li bejniethom ibbenefikaw minn din l-iskema.
Dr. Stefan Buontempo qal li kuntrarju għal min jgħid li dawn huma flus fil-ħela, fir-realta’ dawn il-flus huma mportanti għax jagħtu għajnuna lill-Kunsilli Lokali sabiex isaħħu l-libreriji tal-lokal tagħhom għal benefiċċju kemm tal-adult, żgħażagħ, kif ukoll tat- tfal.
It-teknoloġija tal-informatika għamlet rivoluzzjoni u bidlet l-istil tal-ħajja iżda minkejja din l-insistenza kollha fuq il-kompjuter jidher ċar li l-ktieb għad għandu postu u għalhekk huwa mportanti li dawn il-libreriji jkomplu jissaħħu u jiġu fornuti b’kotba ġodda bil-għan li aktar nies jitħajjru jaqraw.
Dr Buontempo irringrazzja lill-Kunsilli Lokali kollha tal-ħidma tagħhom mhux biss f’attivitajiet kulturali iżda fuq inizjattivi ta’ tagħlim li jgħin mhux bi ftit liċ-ċittadin sabiex ikompli jitgħallem u jtejjeb il-kapaċitajiet tiegħu.
Video jista’ jiġi ddawnlowdjat minn dan il-link
Other Press Releases:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040