ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN: PREZZ TAL-MGS B’RATA TA’ MGĦAX FISSA
B’referenza għall-Istqarrija Nru. 141151, ta’ nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Mejju, 2014 l-Accountant General javża li l-prezz tal-iStock b’Rata ta’ Mgħax Fissa li qiegħed jiġi offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:
(i) 4.3% Stock tal-Gvern ta' Malta 2033 (I) bi prezz ta’ €100.75 b’YTM ta’ 4.242%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 4.287%;
L-applikazzjonijiet jiftħu nhar it-Tnejn it-2 ta’ Ġunju, 2014 fit-8.30 a.m. u jagħlqu kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal- Accountant General:
(a) fil-5.00 p.m. tal-Erbgħa l-4 ta’ Ġunju, 2014 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna; u
(b) f’nofsinhar tat-Tnejn id-9 ta’ Ġunju, 2014 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.
Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor.
Fil-każ tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (VII) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja marbuta mal-Euribor tas-sitt (6) xhur + 90 basis points (bps), it-Teżor jikkomunika r-rata ta’ mgħax tal-bidu (intial interest rate) nhar l-Erbgħa 11 ta’ Ġunju, 2014.
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospett kif ukoll fuq il-website tat-Teżor, www.treasury.gov.mt.
Other Press Releases:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040