Left arrow Go Back

€132 MILJUN FAVUR IT-TISĦIĦ TA’ RIŻORSI UMANI U AKTAR PRODUTTIVITÀ

pr141196mt
Date Icon 29/05/2014

Il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-programmi ta’ operazzjoni daħal f’fażi oħra, hekk kif dalgħodu s-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u Fondi Ewropej, Dr Ian Borg indirizza laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika fl-MCC, il-Belt Valletta. 

Matul din il-laqgħa, Dr Borg saħaq fuq l-importanza li nkomplu ninvestu aktar fuq ir-riżors uman.  Fil-fatt għall-programm il-ġdid, Dr Borg spjega kif fir-rigward tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020, ser ikunu qed jiġu allokati madwar €132 miljun propju bil-għan li nsaħħu l-aqwa riżors li għandu dan il-pajjiż - ir-riżors uman.  

Waqt li kien qed jispjega l-prijoritajiet li ġew identifikati, Dr Borg tenna l-impenn ta’ dan il-Gvern li jiddedika l-fondi neċessarji favur aktar investiment li jinċentiva l-impjegabilità, favur soċjetà aktar inklussiva, favur aktar edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja kif ukoll investiment li jara li l-kapaċità amministrattiva fis-settur pubbliku tiġi msaħħa.  

Dr Borġ ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jersqu ’l quddiem bi proposti u proġetti li hu persważ li ser jgħinu lill-Gvern jilħaq il-miri tiegħu waqt li jtejbu mhux biss ir-riżors uman fi ħdanhom iżda wkoll il-produttività tagħhom. 

Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni ġie mniedi aktar kmieni dan ix-xahar f’laqgħa bejn l-Gvern u l-Oppożizzjoni fejn kien ġie diskuss u maqbul l-qafas ta’ dawn il-programmi operattivi.  Aktar tard dan il-qafas ġie wkoll ippreżentat lill-imsieħba soċjali li qablu mal-prijoritajiet elenkati.  Dakinhar kien ukoll ġie żvelat kif ser ikunu qed jiġu mqassma is-€717-il miljun tal-Fond ta’ Koeżjoni u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2014-2020. Dawn il-fondi ser ikunu qed jiġu allokati fuq ħdax-il prijorità li jinkludu l-investiment favur aktar riċerka u innovazzjoni (€72 miljun), fis-settur tal-ICT (€38 miljun), fl-intrapriżi żgħar u medji (€53 miljun), f’ġenerazzjoni ta’ enerġija aktar nadifa (€57 miljun), favur l-ambjent (€200 miljun).

Għal-laqgħa ta’ dalgħodu attendew numru sabiħ ta’ rappreżentanti ta’ NGO’s, entitajiet governattivi u anki persuni interessati.  Dr Borg spjega kif il-kontribut tal-pubbliku huwa importanti sabiex l-iskemi għall-industrija li eventwalment ser ikunu qed jiġu mnedija aktar tard sal-aħħar ta’ din is-sena, ikunu jirriflettu eżattament dak li qed jitlob u dak li għandu bżonn dan is-settur.  

Il-laqgħa ta’ konsultazzjoni li jmiss ser tkun qed tinżamm nhar it-Tnejn li ġej, 2 ta’ Ġunju fil-Grand Hotel fl-Imġarr Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow