IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DR. GEORGE W.VELLA JIFFIRMA MEMORANDUM OF UNDERSTANDING MAL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr. George W. Vella, illum iltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Emirati Għarab Magħquda, l-Altezza Tiegħu Sheikh Abdullah Bin Zayed Al Nahyan. Iż-żewġ Ministri tkellmu fit-tul dwar l-iżviluppi li qed iseħħu fir-reġjuni rispettivi u ddiskutew modi kif jistgħu jissaħħu r-rabtiet bilaterali. Tkellmu fuq kooperazzjoni f’diversi oqsma, fosthom fl-edukazzjoni, kultura, kummerċ, u suġġetti konsolari.
Il-Ministru tal-Emirati Għarab Magħquda esprima x-xewqa li jżur Malta fix-xhur li ġejjin bil-għan li jissaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi deskritti minnu bħala eċċellenti. Min-naħa tiegħu l-Ministru Vella saħaq fuq il-potenzjal li għandha Malta f’diversi oqsma, li jistgħu jkunu ta’ interess għall-Emirati Għarab Magħquda u ħeġġeġ lil dan il-pajjiż biex ikompli jsaħħaħ l-irwol tiegħu fir-reġjun.
Iż-żewġ Ministri ffirmaw Memorandum of Understanding għal kooperazzjoni politika li ser tkun il-qafas għal iktar skambji bejn iż-żewġ Ministri.
Other Press Releases:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040