IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TATTENDI ATTIVITÀ “JUM SPORTS GĦALL-ANZJANI”
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, illum attendiet għal attivita bl-isem “Jum Sports għal-Anzjani.” F’din l-attività attendew madwar 600 anzjan u anzjana minn diversi Ċentri ta’ Matul il-Jum madwar Malta kif ukoll madwar 400 tifel u tifla ta’ skejjel differenti.
Waqt li indirizzat din l-attività, Justyne Caruana qalet li huwa ta’ pjaċir għaliha li tkun fosthom għaliex din l-attività hija eżempju ċar ta’ kif għandha tkun Anzjanità Attiva u permezz ta’ din l-attività, l-anzjani preżenti qegħdin jagħtu eżempju ċar u konkret ta' x'inhi l-anzjanità attiva li qiegħed jaħdem fuqu is-Segretarjat Parlamentari tagħha. Qalet li l-kunċett ta’ Anzjanità Attiva huwa li għalkemm l-anzjani huma kbar fl-età, xorta jistgħu jagħtu kontribut siewi u qawwi lis-soċjetà tagħna.
Stqarret li trid li aktar anzjani jkunu iżjed attivi fil-komunità, filwaqt li anke jieħdu gost bejniethom f’attivitajiet bħal din li jittellgħu kultant żmien. Qalet li wasal iż-żmien li l-anzjan ma jibqax jitqies bħala piż fuq is-soċjetà, anzi bħala xi ħadd li fadallu kontribut sostanzjali x’irid jagħti f’kull qasam u livell tas-soċjetà. Semmiet li dan huwa il-qofol tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva, liema strateġija għaddej programm ta’ ħidma fuqha mill-Gvern biex titwettaq.
“Hawnhekk qiegħda nara wkoll diversi studenti għadkom żgħar, bħalma inthom iż-żgħar għandkom il-potenzjal u l-abbiltajiet tagħkom, daqs tant iehor il-ġenerazzjonijiet li huma ikbar għandhom tagħhom” sostniet is-Segretarju Parlamentari. Semmiet li l-attività fiżika hija importanti u ħadet gost tara l-anzjani jipparteċipaw f’din l-attività. Ħeġġet lill-anzjani stess li attendew jħeġġu lill-sħabhom ikomplu jieħdu sehem f’dawn l-attivitajiet.
Other Press Releases:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040