ESTENSJONI TAR-REĠISTRAZZJONI GĦALL-KLABB 3-16 / SKOLASAJF
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi jixtiequ jħabbru li minħabba tweġiba qawwija għall-Klabb 3-16 / Skolasajf 2014, il-ġranet tar-reġistrazzjoni se jiġu estiżi.
Ġenituri jistgħu jirreġistraw sat-Tlieta 3 ta’ Ġunju, 2014, bejn it-3.00 u l-5.30 ta’ wara nofsinhar f’dawn iċ-Ċentri ta’ Klabb 3-16:
1. Birżebbuġa: Skola Primarja Birżebbuġa
2. Żabbar: Skola Primarja Żabbar ‘A’
3. Fgura: Skola Primarja Fgura ‘A’
4. Żurrieq: Skola Primarja Żurrieq
5. Qormi: Skola Primarja Qormi San Ġorġ
6. B'Kara: Skola Primarja B'Kara
7. Żebbuġ: Skola Primarja Żebbuġ
8. San Ġwann: Skola Primarja San Ġwann ‘A’
9. Mosta: Skola Primarja Mosta ‘A’
10. San Pawl il-Baħar: Skola Primarja San Pawl il-Baħar
Nixtiequ wkoll inserrħu ras il-ġenituri li kull min japplika se jingħata s-servizz ta’ Klabb 3-16 / Skolasajf.
Minn din is-sena, Klabb 3-16 u Skolasajf ingħaqdu biex b’hekk jingħata servizz li jilħaq aktar familji. Il-programm tas-sajf se jiġi offruti minn 64 lokalitajiet f'Malta u Għawdex, lit-tfal ta’ bejn it-3 u s-16-il sena, li jattendu l-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti .
Other Press Releases:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040