Left arrow Go Back

​IL-MINISTRU DR.GEORGE VELLA IŻUR IL-BAHRAIN

pr141168mt
Date Icon 26/05/2014

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr.George W.Vella kellu laqgħat fil-Bahrain hekk kif għaddej b’ħidma diplomatika f’pajjiżi tal-Golf Għarbi.  Fil-Bahrain, il-Ministru Vella ltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Sheik Khalid Al Khalifa, kif ukoll mal-Prim Ministru tal-pajjiż, l-Altezza Tiegħu l-Prinċep Khalifa Bin Salman al Khalifa. 

F’Manama l-Bahrain, id-dikussjonijiet iffukaw fuq it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Bahrain, fosthom fl-oqsma politiċi, kummerċjali u soċjali.  Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Bahrain esprima l-apprezzament tiegħu għaż-żjara tal-Ministru Vella li se tkompli twitti t-triq għall-futur fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali.  Il-Ministru Al Khalifa wera interess li pajjiżu jaħdem qrib ma’ Malta, anki fl-irwol li tgawdi Malta mal-pajjiżi ġirien tagħha. 

Il-Ministru Vella ltaqa’ wkoll mal-Prim Ministru tal-Bahrain li min-naħa tiegħu semma’ l-importanza għall-irwol li għandha Malta li tqarreb il-pajjiżi tal-Golf mal-Unjoni Ewropea u mal-pajjiżi tal-Mediterran.

Din il-ġimgħa, il-Ministru Vella se jissokta bil-ħidma diplomatika tiegħu fil-Golf bi żjarat fl-Emirati Għarab Magħquda, Oman u l-Qatar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow