STEFAN BUONTEMPO, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI, INDIRIZZA KONFERENZA STAMPA BIEX JIPPROMWOVI L-FESTA TAL-ĦUT ORGANIZZAT MILL-KUNSILL LOKALI TAŻ-ŻURRIEQ
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo illum il-Ġimgħa 23 ta’ Mejju 2014, indirizza konferenza stampa biex jippromwovi l-Festa tal-Ħut organizzata mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq li se ssir nhar il-Ħadd 1 ta’ Ġunju 2014.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq u qal li din hija okkażjoni importanti ħafna, fejn mhux biss qegħdin nassistu għal attività mtella mill-Kunsill Lokali imma qegħdin ukoll nassistu għal attività li fiha qegħdin ninvolvu lis-Segretarju Parlamentari responabbli mill-Biedja u s-Sajd, Roderick Galdes, u qegħdin ukoll nassistu għal involviment sħiħ minn sajjieda lokali u sidien ta’ restoranti li jbiegħu il-ħut fil-lokal.
Stefan Buontempo appella sabiex kulħadd jaħtaf l-opportunità ta’ din l-inizjattiva u nhar il-Ħadd l-1 ta’ Ġunju jasal wasla saż-Żurrieq u jkun jista’ jduq it-tjubija tal-prodott Malti.
Poster:
pr141155a.pdf
Other Press Releases:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040