Left arrow Go Back

IL-MARATONA TA’ PUTTINU CARES FOUNDATION BEJN IS-6 U T-8 TA’ ĠUNJU

pr141152
Date Icon 23/05/2014

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret illum ingħata l-aħħar tagħrif dwar l-10 edizzjoni tal-Maratona Puttinu Cares.  Dettalji ingħataw mill-President ta’ Puttinu Cares Foundation Dr. Victor Calvagna, li spjega il-proġett li daħlet għalih l-għaqda f’Sutton fejn ġew akkwistati 12-il flat viċin Royal Marsden Hospital.  Hu maħsub li jekk il-Maltin jikkonkorru bħalma dejjem għamlu u jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom fi 3 snin Puttinu Cares tkun fdiet id-dejn kollu li għamlet biex dan il-proġett iseħħ.

Iċ-Ċermen tal-Kunsill Malti għall-iSport , Luciano Busittil qal li Puttinu jagħti tama lil kull min jiġi milqut mill-marda kiefra tal-kanċer.  Huwa tenna li din hija okkażjoni speċjali fejn għal sena oħra l-KMS qed jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu bħala ‘main sponsor’ ta’ din l-attività.  Huwa ħeġġeġ biex ilkoll ningħaqdu u nattendu għal dawn it-tlett ijiem ta’ maratona biex filwaqt li nkunu qegħdin nissaportjaw dan il-għan nobbli, nieħdu sehem attiv billi nipparteċipaw bis-sħiħ fl-isports li jkun għaddej fil-grounds kollha.

Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport qal li sa mill-ewwel edizzjoni ta’ kontribut għal din il-maratona billi anke għen fl-organizzazzjoni tal-logħba bejn il-membri parlamentari u wiegħed is-sostenn tiegħu u tal-gvern f’din l-attività.  F’isem il-gvern faħħar l-inizzjattivi kollha li jiġu organizzati mill-għaqdiet bħal Puttinu Cares Foundation li dejjem jkunu qed jagħtu sostenn lis-socjeta’

Preżenti għal din il-konferenza kien hemm wkoll l-kelliem għall-oppożizzjoni għall-Isport Robert Cutajar.  Il-Maratona ta’ Puttinu Cares ser issir bejn il-Ġimgħa 6 u l-Ħadd 8 ta’ Ġunju fil-Marsa Sports Grounds.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow