Left arrow Go Back

ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN TA’ MALTA

pr141151mt
Date Icon 23/05/2014

L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta’ €100,000,000 Stock tal-Gvern ta’ Malta suġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar b’massimu ta’ €80,000,000 kif ġej:-

(i)

4.3% Stock tal-Gvern ta' Malta 2033 (I), u

(ii)

Stock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (VII) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur + 90 basis points (bps), jew

(iv)

f’ammonti miż-żewġ Stocks b’valur nominali flimkien ta’ Ewro100,000,000.

L-applikazzjonijiet jiftħu it-Tnejn it-2 ta’ Ġunju, 2014 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General :

  • fil-5.00 p.m. tal-Erbgħa l-4 ta’ Ġunju, 2014 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux Euro100,000 kull persuna, u
  • f’nofsinhar tat-Tnejn id-9ta’ Ġunju, 2014 għall-applikazzjonijiet li jkunu  magħmulin f’offerti b’irkant.

Il-prezz tal-iStock b’Rata ta’ Mgħax Fissa imsemmi f’(i), li qiegħed jiġi offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku għandu jiġi stabbilit nhar il-Ħamis id-29 ta’ Mejju, 2014.  Il-prezz tal-istock jiġi mħabbar lill-Borża ta’ Malta u ppubblikat fil-ġurnali ta’ kuljum u permezz ta’ Press Release maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).

L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment.  Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor mill-Ġimgħa t-30 ta’ Mejju, 2014.

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospett li jista’ jitniżżel minn fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt) mill-Ġimgħa t-23 ta’ Mejju 2014.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow