AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), il-prodott hawn taħt imsemmi m’għandux jiġi kkonsmat minħabba li instab fih livell għoli ta’ ‘Deoxynivalenol’ li jista’ jifforma f’ikel li jkollu bażi ta’ ċereali, minn moffa li tiġi f’kuntatt mal-ikel.
Deskrizzjoni tal-Prodott: | Corn cakes (tondi) |
Ditta: | Lima |
Oriġini: | Belġju |
Użin: | 120g |
Deskrizzjoni tal-maħfen: | Kaxxa tal-kartun |
Data tad-durabilita’ minima: | 03/02/15 |
Numru tal-lott: | 100006419 |
Deskrizzjoni tal-Prodott: | Corn cakes (tondi) |
Ditta: | Lima |
Oriġini: | Belġju |
Użin: | 120g |
Deskrizzjoni tal-maħfen: | Kaxxa tal-kartun |
Data tad-durabilita’ minima: | 03/02/15 |
Numru tal-lott: | 100006419 |
Deskrizzjoni tal-Prodott: | Corn cakes (tondi) |
Ditta: | Lima |
Oriġini: | Belġju |
Użin: | 120g |
Deskrizzjoni tal-maħfen: | Kaxxa tal-kartun |
Data tad-durabilita’ minima: | 03/02/15 |
Numru tal-lott: | 100006419 |
Il-Kumpanija involuta ġiet obbligata tirtira dawn il-konsenji mis-suq, iżda minħabba li rrapurtat li l-konsenji ma nġabrux kollha, bħal ma jsir f’dawn il-każijiet, d-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-konsumaturi.
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ wara nofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tad-Direttorat li jinsab f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttp://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626 jew is-sit uffiċjali fuq https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmental-health/department_for_env_health.aspx għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040