Left arrow Go Back

INVESTIMENT TA’ €50M FIT-TIENI FAŻI TAL-PROĠETT F’PENDER GARDENS – INVESTIMENT SINIFIKANTI FIL-QASAM TAL-PROPRJETÀ

pr141135
Date Icon 22/05/2014

Dalgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat żar it-tieni fażi tal-iżvilupp tal-proġett ta’ Pender Gardens.  Il-Prim Minsitru faħħar dan l-iżvilupp u spjega kif dan hu investiment sinifikanti fil-qasam tal-proprjetà.

L-ewwel fażi ta’ dan l-iżvilupp jikkonsisti f’parkeġġ ta’ 400 karozza u 150 appartament, fejn diġà qed jgħixu nies ta’ 20 nazzjonalità differenti.  It-tieni fażi ta’ dan l-iżvilupp se jikkonsisti f’investiment ta’ €50m u se jinkludi 120 appartament, 5,500 metru kwadru  ta’ uffiċini, 9,000 metru kwadru  ta’ ħwienet kummerċjali u parkeġġ ta’ 370 karozza. Sabiex dan il-proġett ikun finanzjat, il-kumpanija ħarġet bond pubbliku ta’ €42m li ġie oversubscribed.  Barra minn hekk, 60% tal-appartamenti ta’ Blokk 16 diġà nbiegħu fuq il-pjanta. Il-kumpanija ħabbret ukoll li waqt dan l-iżvilupp, Triq Sant’ Andrija, li hi t-triq prinċipali li tagħti għal San Ġiljan,  se titranġa u titwessa’.

Il-Prim Minsitru Joseph Muscat qal li dan juri li hemm firxa ta’ investituri li qed juru l-fiduċja tagħhom f’dan il-proġett. Huwa faħħar il-fatt li f’Malta qed jinbena konsensus dwar il-floor area ratio u jiżdiedu l-ispazji pubbliċi. Dr. Muscat saħaq li f’pajjiżna hawn domanda għal proprjetà ta’ kwalità, qasam li għad fadal ħafna xi jsir fih. Permezz ta’ proprjetà ta’ livell għoli, nistgħu nattiraw aktar persuni ta’ talent f’pajjiżna. Bħalissa hawn domanda kbira għas-suq ta’ proprjetà high-end minħabba diversi raġunijiet, fosthom il-programm ta’  ċittadinanza b’investiment li qed iwassal għal domanda għal proprjetà tal-ogħla kwalità.

Fl-aħħarnett Dr. Muscat sostna li jeħtieġ li l-burokrazija tinqata’ biex b’hekk proġetti bħal dawn ma jkollhomx xkiel. Dr. Muscat jemmen li issa li l-MEPA hi maqsuma f’żewġ awtoritajiet, l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi u l-Awtorità tal-Ippjanar, il-burokrazija għandha tittaffa u b’hekk tiffaċilita żviluppi bħal dan.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow