Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr141132mt
Date Icon 22/05/2014

Elezzjoni għall-Parlament Ewropew u għall-Kumitati Amministrattivi tal-Komunitajiet - 2014

Trasport għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali s-Sibt, 24 ta’ Mejju, 2014

Il-Kummissjoni Elettorali tħabbar illi, bil-għan biex tiffaċilita’ t-trasport tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali sabiex jaslu fil-post tal-votazzjoni assenjati lilhom  fis-6.00 am nhar jum il-votazzjoni, is-Sibt, l-24 ta’ Mejju, 2014, b’arranġament ma’ Transport Malta, it-trasport pubbliku ser jitħaddem aktar kmieni mis-soltu f’dak il-jum.

Ir-rotot kollha 1, 2, 3, 12, 21, 22, 24, 31, 32, 33, 36, 38, 41, 42, 44, 45, 51, 52, 53, 54, 55, 61, 62, 63, 71, 72, 73, 82, 83, 84, 85, 91, 92, 93, 94, 122 u X5, ser jitilqu mill-outsations fil-5.00 am.  L-istess rotot jitilqu mill-Belt Valletta fil-5.30 am.  Għal dan it-trasport ma jintalabx ħlas sakemm il-persuna turi t-Tag tal-Identita’ maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali.

Wara li jsir id-depositu tal-kaxex tal-voti u materjal ieħor tal-elezzjoni fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, wara l-10.00 pm, l-Assistenti Kummissjonarji Elettorali jkollhom trasport provdut (ukoll mingħajr ħlas) permezz ta’ minibuses lejn il-lokalitajiet kollha ta’ Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow