IL-MINISTRU DR. EDWARD ZAMMIT LEWIS JILQA’ LIL PAUL STAINER GĦALL- ĦAMSIN ŻJARA TIEGĦU F’MALTA
pr141131
22/05/2014
Is-Sur Paul Stainer għamel żjara ta’ kortesija lill-Ministru tat-Turiżmu Dr. Edward Zammit Lewis. Is-Sur Stainer li hu ċittadin tar-Renju Unit ġie għal ħamsin darba bħala turist f’pajjiżna. Il-Ministru rringrazjah ta’ din il-ħamsin żjara tiegħu u semma li l-esperjenza tas-Sur Paul Stainer hija ċertifikat għas-settur tat-Turiżmu f’pajjiżna.
Fil-fatt ħamsin fil-mija tat-turiżmu mir-Renju Unit li hu l-akbar suq tat-turiżmu f’pajjiżna, huma turisti li ġew aktar min darba bħala turisti f’Malta. Il-Ministru semma kemm hu mportanti li nibqgħu naħdmu fuq ir-repeat tourism, li nistgħu nżommuh u ntejbuh biss billi noffru prodott u servizz turistiku ta’ kwalita f’pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040