Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TILTAQA’ MA’ ENTITAJIET LI JOPERAW F’OQSMA TAĦT IR-RESPONSABBILTÀ TAGĦHA

pr141128
Date Icon 21/05/2014

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Atttiva Justyne Caruana issuktat bil-laqgħat mal-għaqdiet u entitajiet Non-Governattivi li joperaw fl-oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabiltà ta’ dan is-Segretarjat.

L-ewwel għaqda li s-Segretarju Parlamentari iltaqgħet magħha kienet is-Soċjetà Maltija għall-Persuni neqsin mid-Dawl, immexxija mis-Sur Frans Tirchett. Ġew diskussi diversi materji konnessi mal-problemi li jiltaqgħu magħhom persuni neqsin mid-dawl u is-Segretarju Parlamentari spjegat il-pjanijiet li għandu il-gvern fl-immedjat. Issemma wkoll is-servizz li ser jingħata fiċ-Ċentru tal-Persuni Neqsin mid-dawl, fejn ser jinfetaħ Ċentru ġdid bi sħubija mal-Privat.  Dan ser ikun ċentru b’ambjent iżjed komdu u addattat. Il-Programm ta’ dan iċ-ċentru ser ikun varjat bl-inklużjoni ta’ prattiċi u attivitajiet moderni.

Laqgħa oħra kienet mal-Malta Epilepsy Association. L-Assoċjazzjoni għaddiet materjal informattiv lis-Segretarju Parlamentari u taw rendikont tal-ħidma li tagħmel din l-Assoċjazzjoni speċjalment fl-iskejjel ta’ pajjiżna. Is-Segretarju Parlamentari saħqet dwar il-ħtieġa ta’ ħidma biex nikkumbattu l-istigma kontra il-persuni li għandhom l-epilessija u dwar il-ħtieġa ta’ aktar għarfien fuq din il-kundizzjoni, mhux biss biex ikun hemm tisħieħ tal-inklużjoni imma wkoll biex persuni epilettiċi li ikunu f’diffikultà ikunu jistgħu jiġu mgħejuna b’mod immedjat u adegwat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow