AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni għall-Parlament Ewropew – Mejju 2014
Irtirar ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar li, l-Ħamis, t-22 ta’ Mejju, 2014, huwa l-aħħar jum li fih jista’ jsir l-irtirar tad-dokument għall-votazzjoni mill-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, il-Belt Valletta u mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Frangisk, ir-Rabat Għawdex, għall-votanti reġistrati f’Għawdex. Il-ħinijiet nhar il-Ħamis ser ikunu mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sa nofsillejl. Kull persuna li trid tiġbor id-dokument għandha tiġi personalment l-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali biex tieħu d-dokument mingħand il-Kummissjonarji Elettorali. Dawn il-votanti għandhom iġibu magħhom il-Karta tal-Identità jew id-Dokument tar-Residenza. L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat għal dan l-iskop.
Il-Kummissjoni Elettorali qed toffri lil dawk il-morda li ma jkunux jistgħu joħorgu mill-karozza privata li twassalhom sal-bieb tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, faċilitajiet apposta biex ikunu jistgħu jingħatalhom id-dokument mill-Kummissjonarju.
Mingħajr dokument għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista’ jivvota nhar jum il-votazzjoni.
Other Press Releases:
PR262040
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...
PR262039