IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI STEFAN BUONTEMPO, INAWGURA SALA ĠDIDA FIL-KUNSILL LOKALI GŻIRA
Il-Kunsill Lokali tal-Gzira inawgura sala ġdida li ġiet mogħtija lill-Kunsill Lokali b’donazzjoni mill-kumpanija privata - Savoy Gardens Ltd.
Din is-sala ser tintuża bħala ċentru ta’ attivitajiet tal-arti, edukattivi u kulturali.
Din is-sala ġiet inawgurata mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Dr Stefan Buontempo flimkien mas-Sindku tal-Lokalità Roberto Cristiano.
Dr Stefan Buontempo qal li hija ta’ eżempju kif din il-kumpanija privata tat b'donazzjoni din is-sala lil kommunità tal-Gżira biex jittellgħu diversi attivitajiet fiha.
Din is-sala ġiet mogħtija lill-Kunsill Lokali tal-Gżira wara li nbniet binja ġdida residenzjali u kummerċjali fil-qalba tal-Gżira.
Dr Stefan Buontempo qal li l-kunsilli lokali qegħdin hemm biex jirrispondu għall-bżonnijiet individwali ta' kull komunità. Hu faħħar il-ħidma li qed titwettaq mill-Kunsill Lokali tal-Gżira fejn qegħdin jittieħdu diversi inizjattivi biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tal-lokalità.
Dr Buontempo qal li din is-sala hija ħolqa minn waħda minn ħafna rigali li l-Kunsill qed jagħti lir-residenti tiegħu fosthom dik li fil-gimgħat li ġejjin ser jagħti għall-kommunità anzjana, ftuħ ta’ Day Centre għall-anzjani tal-Gżira.
Ritratt mehmuż u video u l-kumplament tar-ritratti jinsabu f’dan il-link.
Other Press Releases:
PR262040
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...
PR262039