KNPD HELP DESK F’GĦAWDEX
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana illum iffinalizzat taħdidiet mal-Ministeru tal-Edukazzjoni dwar il-post biex jinfetaħ Help Desk għall-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità f’Għawdex.
Dan il-Help Desk ser iservi biex Persuni b’Diżabilità u l-familji tagħhom jinqdew f’Għawdex stess. Is-servizz ser jinkludi wkoll informazzjoni rigward id-Drittijiet u servizzi li jistgħu jibbenefikaw minnhom anke minn entitajiet oħra fosthom l-Agenzija Sapport. Apparti minn hekk, dan il-Help Desk ser ikun qiegħed jilqa’ lmenti u rapporti ta’ Diskriminazzjonijiet u Abbużi fis-settur.
Dan huw proġett ieħor tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva biex jgħin lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità tkun iżjed aċċessibli u jkun ta' servizz għall-persuni b'diżabiltà f'Ghawdex stess. Dan is-servizz mistenni jibda jopera fil-ġimghat li ġejjin.
Other Press Releases:
PR262040
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...
PR262039