STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABBILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva jiċħad bil-qawwa kollha l-allegazzjonijiet li saru mill-Partit Nazzjonalista lill-Kummissjoni Elettorali dwar l-attivitajiet, allegatament ta' natura politika, li qiegħdin isiru mill-Active Ageing Unit tar-Residenza San Vinċenz de Paul.
Is-Segretarjat Parlamentari jirrileva li l-Active Ageing Unit tar-Residenza San Vinċenz de Paul kontinwament għaddej b'attivitajiet b'risq il-benessere tar-residenti konformi ma' proġett tal-Istrateġija tal-Anzjanità Attiva li issa qabad ritmu tajjeb ħafna anke permezz tal-istrutturi godda li gew imwaqqfa.
L-Oppożizzjoni għandha tinnota li l-brieret li għamlet referenza għalihom għandhom kuluri varji u nxtraw diversi snin ilu, qabel 2013.
Other Press Releases:
PR262040
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...
PR262039