Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DR. GEORGE W.VELLA JILTAQA’ MAL-FEDERAZZJONI EWROPEA TAL-KONSLI ONORARJI

pr141076
Date Icon 16/05/2014

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Dr.George W. Vella, ltaqa’ mal-Federazzjoni Ewropea tal-Konsli Onorarji   li tiġbor fiha 14–il pajjiż fosthom Malta.  Waqt din il-laqgħa, il-Ministru Vella tkellem dwar il-vantaġġi tar-rwol tal-Konsli Onorarji, speċjalment għal pajjiż żgħir bħal Malta li ma jistax ikollha ambaxxati madwar id-dinja kollha. Il-Konsli Onorarji jpattu xi ftit għan-nuqqas tal-Ambaxxati bil-preżenza u l-ħidma tagħhom.

Dr. Vella qal li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jagħti importanza lill-Konsli Onorarji tiegħu mxerrda madwar id-dinja.  Fil-preżent Malta għandha madwar mitejn Konslu Onorarju. 

Waqt il-laqgħa mal-Ministru Vella, il-President tal-Federazzjoni Ewropea tal-Konsli Onorarji   Dr. Wolfgang Breitenthaler spjega kif kif il-ħidma tal-Konsli Onorarji hija importanti ħafna speċjalment fejn jidħlu skambji ta’ kultura, negozju, kummerċ u investiment.

Il-Federazzjoni Ewropea tal-Konsli Onorarji  twaqqfet għaxar snin ilu u l-assoċjazzjoni Maltija tal-Konsli Onorarji ssieħbet is-sena li għaddiet.  Jirrapreżenta lill-Konsli Onorarji ta’ Malta f’din il-laqgħa kien hemm id-Dekan tal-Korp Konsolari is-Sur Godwin Bencini. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

More Press Releases Right arrow