Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA, DR MICHAEL FALZON JITKELLEM DWAR PASSI SABIEX JIĠI SALVAGWARDJAT L-AMBJENT URBAN, U TITJIEB IL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA

pr141072
Date Icon 16/05/2014

Is-Segretarju Parlamentari Dr. Michael Falzon, beda biex qal li għal din l-amministrazzjoni huwa ta’ importanza kbira li nsalvaw u nħarsu l-ambjent u l-wirt tagħna. Sabiex jiġu salvagwardjati spazji ħodor miftuħa u nikkontribwixxu lejn ambjent urban aħjar, il-MEPA ippreċiżat li l-fond tal-footprint mibni ma jistax jaqbeż it-tletin metru mill-allinjament uffiċċjali tal-bini f’ċirkolari riċenti. Il-MEPA identifikat tliet oqsma ta’ policies ewlenin fejn tħoss li hija meħtieġa kjarifika. Dawn jinkludu l-policy relatata mal-iżvilupp ta’ ġonna u btieħi, l-użu residenzjali ta’ basements u semi-basements  u l-bdil tal-użu ta’ garaxxijiet privati.

Il-prinċipji tad-Development Control: Policy and Design Guidance 2007 jagħtu direzzjoni illi għandhom  jiġu rrispettati il karatteristiċi pożittivi ta’ żoni urbani. F’ċertu ċirkostanzi, l-Awtorità innotat li l-mod ta’ kif il-policy kienet qed tiġi interpretata kienet tmur kontra l-ispirtu ta’ dak li huwa maħsub biex jinkiseb.

Enklavi ħodor huma essenzjali biex issebbħu u jipprovdu pulmun aħdar għal ambjent urban.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-użu residenzjali ta’ basements u semi-basements huwa wkoll ta’ tħassib. Filwaqt li dawn kienu maħsuba biex jikkontribwixxu lejn l-użu aħjar ta’ spazju, dan seta’ jwassal għal żvilupp żejjed b’konsegwenzi negattivi speċjalament tnaqqis fil-livell ta’ għixien u kwalità tal-ħajja.

F’konformità mal-politika tal-Gvern biex ikompli jiffaċilita interventi kummerċjali fuq skala żgħira bl-iskop ta’ pro-business, il-MEPA iċċarat ukoll interpretazzjoni li tiffacilita l-bidla kkontrollata għal użu ta’ garaxxijiet żgħar f’uffiċini jew ħwienet. Dan mingħajr ma tkun kompromessa il-kommunità residenzjali u kif ukoll jiġu kkunsidrati jekk ikunx hemm kwistjonijiet ta’ ippjanar relatati ma’ bdil fl-użu.

Għamlu l-intervent tagħhom ukoll iċ-Chairman tal-MEPA Mr Vincent Cassar u s-CEO tal-MEPA Mr Johann Buttigieg fejn taw spjegazzjoni dettaljata dwar  l-aspetti tekniċi.

L-Avukat Michael Falzon ikkonkluda billi qal li dan huwa ċertament pass ’il quddiem fid-direzzjoni t-tajba biex nissalvagwardjaw l-ambjent urban u nipproteġu aħjar dawk l-ispazji miftuħin f’forma ta’ btieħi u ġonna li kienu qed jiġu mhedda bi proposti ta’ żvilupp.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

More Press Releases Right arrow