Left arrow Go Back

ĊERTIFIKAT IEĦOR GĦAL MALTA BĦALA DESTINAZZJONI TURISTIKA

pr141071
Date Icon 16/05/2014

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr. Edward Zammit Lewis, waqt il-preżentazzjoni tal-Blue Flag Awards, li huma ċertifkazzjoni għall-kwalitajiet ambjentali lil certi bajjiet u operaturi fil-gżejjer Maltin, ħabbar li mis-sena d-dieħla 2015, il-kumpanija JET2.com u JET2 Holidays se tibda topera lejn u min Malta. Din il-linja tal-ajru topera minn diversi ajruporti fil-Midlands u fin-naħa ta' fuq tar-Renju Unit u tispeċjalizza fil-package holidays.

JET2.com għandha flotta ta' 52 ajruplan, timpjega aktar min 3,000 ruħ u s'issa ġarret aktar min 30,000,000 passiġġier f'mhux inqas minn 65 destinazzjoni.

Fl-istess okkażjoni il-Ministru Edward Zammit Lewis ħabbar ukoll, li l-kumpanija ta' l-ajru Norveġiża; Norwegian, ser tistabbilixxi l-bażi tagħha f'Madrid go Spanja, u  mill-5 ta' Lulju li ġej ser tibda topera titjira kull ġimgħa minn Madrid għall-Malta. Dan bla dubju ser ikun qiegħed jagħti aktar flessibilita' u għażla lit-turisti li jixtiequ jagħzlu l-Malta bħala d-destinazzjoni għal btajjel tagħhom.


Il-Ministru għat-Turiżmu jikkonsidra dan il-jum bħala wieħed importanti għat-turiżmu f'pajjiżna, għall-fatt li dan huwa ċertifikat ċar bħala destinazzjoni turistika u jinsab ċert li ser ikompli jkun ta' benefiċċju għas-settur.


Din l-okkażjoni tal-preżentazzjoni tal-Blue Flag Awards, toffri opportunita' lil bajjiet tagħna li jiġu skrutiniżżati minn aġenziji u entitajiet internazzjonali, li jagħtu ċertifikazzjonijiet għall-kwalitajiet tal-bajjiet tagħna. Dan iservi tajjeb biex dejjem intejjbu l-prodott u s-servizz turistiku ta' Malta, temm jgħid il-Ministru Dr. Edward Zammit Lewis.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

More Press Releases Right arrow