STQARRIJA TAL-GVERN
Il-Prim Ministru Joseph Muscat matul il-jum tal-lbieraħ żar l-operazzjonijiet li l-kumpanija Maltija SMS International Shore Operations għandha fit-terminal tal-cruise liners fil-Port ta' Miami.
Il-kumpanija Maltija timpjega magħha 600 persuna f' din il-ħidma fejn tmexxi l-passenger handling ta' numru ta' kumpaniji tal-cruise liners li joperaw mill-port rinomat ta' Miami, fosthom Norwegian u MSC.
SMS qed jibnu reputazzjoni tajba ħafna f' dan il-qasam fejn irnexxielhom jattiraw klijenti ġodda.
Dr Muscat qal li dan huwa eżempju ieħor ta' kif kumpaniji Maltin jistgħu jikkompetu anki lil hemm mill-Ewropa fis-suq globali.
Il-Prim Ministru ġie mdawwar mat-terminal u ma l-impjegati tal-kumpanija Maltija mill-Managing Director Sam Mifsud.
Huwa kien akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għal Kompetittivita' u Tkabbir Ekonomiku, Edward Zammit Lewis.
Other Press Releases:
PR262038en
FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE
PR262038