L-ISPEAKER ANĠLU FARRUGIA IŻUR IL-KOMUN TA’ SOLARINO FI SQALLIJA.
Sebastiano Scorpo, Sindku ta' Solarino fi Sqallija, laqa' lill-Ispeaker Anġlu Farrugia li kien il-mistieden tal-awtoritajiet ta' Solarino.
Matul din iż-żjara l-Ispeaker ltaqa’ ma’ diversi residenti tal-lokal kif ukoll ma’ residenti ta' dixxendenza Maltija, fosthom żewġ sorijiet li ilhom iservu l-Komun ta' Solarino 50 sena u 7 snin rispettivament.
L-Ispeaker ġie milqugħ mill-membri tal-Kunsill fejn indirizza seduta speċjali li għaliha attendew l-Onorevoli Vincenzo Vincullo, rappreżentant tar-Reġjun Sqalli, kif ukoll l-Onorevoli Sofia Anaddio, Membru tal-Kamra tad-Deputati Taljana.
L-Ispeaker tkellem dwar ir-relazzjoni partikolari li tqarreb aktar il-lokal ta' Solarino provinċja ta' Siracusa, u Malta. Dan għaliex San Pawl wara li kien wasal Malta u kkkonverta l-Maltin għall-kristjaneżimu, proprju wara tela’ Solarino jagħmel l-istess.
Ir-rabta bejn pajjiżna u Solarino hija waħda li tkompli tikkonferma lilha nnifisha sa mill-1752, fejn 10% tal-popolazzjoni kienet ta' dixxendenza pura Maltija.
Sebastiano Scorpo, Sindku ta' Solarino, rringrazzja lill-Ispeaker li aċċetta l-istedina uffiċċjali għal din it-tielet laqgħa uffiċċjali ġewwa Sqallija
Other Press Releases:
PR262038en
FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE
PR262038