STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU
Il-Ministeru għat-Turiżmu jilqa’ b’sodisfazzjon it-tlestija tax-xogħlijiet fuq l-estensjoni ta’ wieħed mill-hangers tal-kumpanija Lufthansa Technik Malta li se jippermettu lill-istess kumpanija aktar flessibilità fejn tidħol manutenzjoni ta’ ajruplani tat-tip wide bodied.
Dan il-proġett seta’ jkun suċċess grazzi għall-Ministeru għat-Turiżmu li taħtu jaqa’ l-qasam tal-avjazzjoni kif ukoll għall-koperazzjoni bejn entitajiet differenti tal-Gvern li jinkludu Malta Enterprise, Civil Aviation Directorate, Malta Air Traffic Services u l-MIA il-kumpanija li tmexxi l-Aruport Internazzjonali ta’ Malta.
L-appoġġ sħiħ min-naħa tal-Gvern Malti lejn il-kumpanija Lufthansa Technik hija turija oħra ċara tal-impenn li l-Gvern qed juri lejn is-settur tal-avjazzjoni sabiex dan mhux biss ikompli jikber u jespandi iżda wkoll joħloq ix-xogħol u jħalli l-qligħ.
Other Press Releases:
PR262038en
FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE
PR262038