IL-MINISTRU LEO BRINCAT JATTENDI GĦALL-KONFERENZA TAL-ĠNUS MAGĦQUDA DWAR IT-TIBDIL FIL-KLIMA F’VARSAVJA
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat dalgħodu ħalla Malta għal Varsavja fejn ser ikun qiegħed imexxi delegazzjoni ministerjali waqt konferenza tal-Ġnus Magħquda dwar it-Tibdil fil-Klima - 19th Session of the Conference of the Parties to the United Nations Framework Convention on Climate Change UNFCCC.
Din il-konferenza bdiet fil-11 ta’ Novembru u tagħlaq fi 22 ta’ Novembru, fejn fl-aħħar tagħha ġabet flimkien Kapijiet għolja ta’ delegazzjonijiet mill-pajjiżi kollha membri fi ħdan il-Ġnus Magħquda.
Għal din il-konferenza qed jieħdu sehem ftit anqas minn mitejn delegazzjoni minn madwar id-dinja.
Il-Ministru Leo Brincat qed ikun akkumpanjat mill-Ambaxxatriċi għat-Tibdil fil-Klima Simone Borg u mill-Uffiċjal Kap għall-Istrateġija fil-Ministeru Michelle Borg.
Din il-konferenza f’Varsavja qed issir ukoll fl-isfond tas-suġġeriment li għadda s-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Ban Ki-moon fejn qal li s-sena d-dieħla għandu jsir Summit għall-Mexxejja Dinjija biex dan il-proċess jingħata spinta akbar.
Other Press Releases:
PR262038en
FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE
PR262038