TAĦRIĠ LILL-ĦADDIEMA TAD-DIRETTORAT TAR-RESTAWR
Is-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali, l-Onor José Herrera tkellem dwar il-ħtieġa li l-ħaddiema tar-restawr ikunu offruti skemi ta' taħriġ speċjalment meta jkunu qegħdin jaħdmu fi sfera ta' xogħol speċjalizzat bħal ma' hija d-dinja tar-restawr.
Huwa qal dan fid-diskors ta' inawgurazzjoni tal-proġett ko-iffinianzjat minn fondi Ewropej taħt il-fond ESF. Il-proġett, li jġib l-isem ESF4.164-Time to Consolidate - Strenghtening of Institutional and Administrative Capacity, għandu il-għan li jħarreġ ħaddiema fid-direttorat tar-restawr speċjalment fuq proġetti li bħalissa għaddejin fi ħdan l-istess direttorat.
Il-fondi akwistat taħt dan il-proġett huma ta' madwar €116,000 u it-tahriġ msemmi fil-program għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-ħaddiema fuq kull livell. Dan iffisser li ħa jkun indirizzat kemm lill-professjonisti u lill-impjegati li jaħdmu fuq xogħol amministrativ u tekniku kif wkoll lill-ħaddiema tal-lant. Barra minn hekk il-program iħajjar lill-ħaddiema tad-direttorat biex jitħarrġu wkoll f'oqsma differenti minn dawk li bħalissa jaħdmu fihom sabiex ikun hemm aktar flesibilità fuq ix-xogħol u użu aħjar tar-riżorsi umani.
L-Onor Herrera tkellem dwar il-bżonn li wieħed jaġġorna ruħu f'dan il-qasam ta' xogħol speċjalment minħabba l-fatt li id-dinja xjentifika qed tgħaddi minn tibdil kontinwu minħabba l-avvanz teknoloġiku li qed isir f'medda qasira ta' żmien. "Huwa importanti li l-ħaddiema tagħna li qegħdin jagħtu kontribut siewi fl-isfera tal-ħarsien tal-wirt kulturali ta' pajjiżna ikunu aġġornati mat-tibdil teknoloġiku li jkollu effett kemm fuq l-għodod li jintużaw kif ukoll fuq informazzjoni li tista' tiġi akkwistata permezz ta' studji xjentifiċi."
L-Onor Herrera kompla jispjega kif matul dawn l-ahhar ftit xhur saru tibdiliet kbar u importanti fil-qasam tal-kultura ta' pajjiżna. " L-ewwel qalba fl-isfera tal-kultura li għamel il-Gvern preżenti kienet iċ-ċaqlieqa tad-Direttorat tar-Restawr minn taħt l-ambitu tar-Riżorsi u l-Infrastruttura għal dak tal-Kultura. Dan qed jiġi msaħħaħ permezz ta' tibdiliet fil-liġi li ser iseħħu dalwaqt u li jagħti rikonoxximent xieraq lil dan id-Direttorat. Dan mhux biss irid isir bil-kliem iżda trid isseħħ permezz ta' tisħieħ fil-liġi li tirrikonoxxi din l-entità bħala waħda kulturali."
"Matul dawn l-aħħar snin sar ħafna xogħol fl-apprezzament tal-Kultura u ristawr siewi ta' proġetti bħal ma' huwa ir-restawr tas-swar madwar Malta,Palazzi bħal ma' huwa dak tal-Gran Mastru kif ukoll postijiet ta' mportanza nazzjonali oħra bħal ma' hija l-Berġa ta' Kastilja. Bħalissa qed isir xogħol sabiex jinstabu fondi alternattivi minn dawk li normalment jinkisbu ghall-xogħolijiet oħra ta'restawr. Xogħol ieħor li qegħdin naħdmu fuqu huwa l-nqarbu aktar lejn xulxin entitajiet bħal ma' huma id-Direttorat tar-Restawr, Heritage Malta u l-Kunsilli Lokali sabiex isiru sinerġiji li fihom il-ħarsien tal-wirt ta' pajjizna jista' jieħu spinta aktar il-quddiem."
"Huwa għalhekk importanti li jittellgħu dan it-tip ta' taħriġ sabiex jiġi infurzat dan it-tibdil."
Other Press Releases:
PR262038en
FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE
PR262038